Sunday, 8 June 2014

L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Imberkin dawk li jibku ghax ikunu mfarrga…(Mt 5:4)

Marki tas-saqajn zghar zghar….bil-kemm stajt taghti l-ewwel pass…imma dawk il-marki ser jibqghu ghal dejjem minquxa f’qalbna….

Mulej, kemm xtaqt lil din it-tarbija nzommha fuq riglejja u nkellimha dwarek, imma issa li ma kellix ic-cans li naghmel dan, nitolbok,

Mulej, li zzomha soda fuq riglejk u tghidilha dwari?

…Inti prezzjuza f’ghajnejja, u naghtik gih, ghax jiena nhobbok… (Izaija, 43:4)



L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Kien l-aghar funeral li qatt ghamilt. Xtaqt m’ghamiltux. Imma ridt inkun hemm, prezenti, fis-silenzju.
Ghax quddiem il-mewt mhemmx xi tghid. Quddiem il-mewt ta’ tarbija kull kelma ssir zejda, bla sens.
Sa hmistax ilu konna lkoll ferhana nistennew lilu jew lilha...Kellha tkun l-ewwel tarbija ta’ Keith u Rachel

Rajna l-ultra sound, bil-kulur u multi-dimensjonali. It-teknologija tal-lum li ggiblek quddiem ghajnejk il-misteru tal-hajja f’guf l-omm. Miraklu u kapulavur li ebda bniedem ma jista’ jinseg

Qalulna li kellha tkun TIFLA

U bdiet il-‘glieda’ insibulha isem. Kulhadd ta l-parrir siewi tieghu....minn ghal xi nanna jew xi nannu...
Imma kienu l-genituri li ddecidew, bhal Zakkarija u Elizabetta: Isimha jkun ALLY

Issa dik it-tarbija ghandha isem, ser tkun maghrufa u msejjha b’isem li jiddistingwiha minn kull holqien iehor....U stennejna ...ftit gimghat ohra...

Bdejna nixtru l-ilbies tat-trabi, prams, toys, ta’ kull tip, ilwien u forma…Kollox lest biex nilqghu lil ALLY fid-dinja M’ghandix dubbju li kienet ser issib dinja li tilqaghha, tistenniha u hafna, hafna imhabba…

Waslet fit-32 gimgha…issa tista’ titwieled diga’…ghax diga’ ffurmata u lesta biex tghix indipendenti minn guf l-omm…

Kull daqqa fuq zaqq ommha kienet tfisser li Ally hija hajja, mimlija hajja, taqbez, iddur, tghum …

Kulhadd lest ghat-twelid ta’ ALLY…

Ghaddew jumejn ohra…32 gimgha u jumejn…
U ALLY MA BAQGHETX TIEHU N-NIFS IZJED…
Ma baqghetx ticcaqlaq… L-omm ma baqghetx thossha…

Girja l-isptar…

ALLY kienet mietet, hekk bla kliem u bla sliem…

Il-holm sefa’ fix-xejn…

Warrabna t-toys tal-baby, l-ilbies ikkulurit taghha li kellha tilbes.. Issa mhemmx iktar bzonnhom…
Nistghu narmuhom… Min bir-rabja u min b’nuqqas ta’ tama…

Imma x’gara? Ghaliex f’daqqa? It-tobba qalulna li  trid issir l-awtopsja fuq il-gisem zghir ta’ Ally ghax huma stess ma jafux x’gara…Imbaghad harget il-verita’ mhix mistennija: il-kurdun umbilikali li jaghti l-hajja t-tarbija dar m’ghonq it-tarbija u ma setghetx tiehu izjed nifs...

Hadd ma ried jemmen…

Meta mort nara l-genituri ta’ Ally sibthom issummati, maqtughejn mid-dinja madwarhom, ma jafux x’qed jigri...

Ghaddejt sieghat hemm f’dik il-kamra apposta fl-isptar Mater Dei…silenzju u biki, biki u silenzji…kull kelma tinhass vojta u bla sens…

X’tghidilha ‘l Omm ta’ 18-il sena li tilfet l-ewwel tarbija taghha? X’ser tghidli ‘l Missier it-tarbija, bil-kemm ghadu kif ghalaq l-20? Meta l-kbar imutu, tistenniha, ghexu hajjithom…
Imma tarbija li diga’ mejta, l-anqas biss twieldet u diga’ mejta?

7,200  KULJUM
-    In-numru ta’ trabi li jmutu fil-guf tal-omm
2.6 miljun
-    In-numru ta’ trabi mejta fid-dinja fl-2009
-   
(source: The Lancet, Lancet series of Stillbirths)

Ta’ tmien xhur ALLY kienet tarbija li tidher li hi tarbija  ffurmata... imma issa riedu jaraw x’tip ta’ operazzjoni jridu jaghmlu biex il-gisem mejjet ta’ Ally johorguh minn guf l-omm...

Cesarja? L-ahjar soluzzjoni, inqas tbatija ghal kulhadd...

Imma c-Cesarja fi stat avvanzat ta’ twelid jista’ jkollha konsegwenzi u komplikazzjonijiet ohra...

Iddecidew li jwelldu t-tarbija mejta b’mod naturali...

U wellduha...mejta.

Almenu, is-soltu, it-tbatija tal-hlas kien jispicca b’hajja f’idejk – u mhux tarbija mejta f’idejk!

U beda r-ritwal li jaghti tifsira lil dak li kien qed jigri: il-psikologa li tisma’ u tghin lil omm u ‘l missier, in-nanniet u l-membri kollha nvoluti...it-tim tat-tobba, ilkoll b’esperjenza professjonali fit-tul, flimkien, bhala tim, hemm prezenti, jaghtu l-appogg u jaghmlu dak kollu li tghallmu matul is-snin...

Quddiem mewt ta’ tarbija anki l-iktar professjonist imharreg biex izomm distanti mill-avvenimenti li qed jigru quddiemu, b’distakk professjonali, xorta wahda jkollu bzonn imur f’kamra ohra biex jibki u quddiem l-ohrajn ixerred dmugh li jipprova jahbi...
Imbaghad lestew kartolina apposta: issib l-isem u l-kunjom, l-omm u l-missier, il-midwife li ghenitha twelled. Il-jum meta twieldet u l-hin...


“I am Ally...I was born on 31/05/2014 at 22.45 at Mater Dei…I am 32 weeks plus 2 days and weigh 1.75 kgs…My mother was cared for Alexia Sciberras…


Qatghulha ftit xahar u poggewh f’borza zghira tal-plastic stapiljata mal-kartolina.

F’pagna ohra hadu l-marki tal-qiegh tas-saqajn, tal-lemin u tax-xellug, u l-istess il-marki tal-idejn tal-lemin u x-xellug...

Dawn il-kartolini huma mhejjija minn ghaqda apposta biex tghin lill-genituri jghixu dan il-mument difficli: SANDS (Malta) Stillbirth and Neonatal Death Society tal-Moviment ta’ Kana.

Imbaghad jaghtu lit-tarbija mejta f’idejn l-omm, il-missier u familjari...l-omm zammitha tlett sighat, thares lejha, tibki, tolfoq...

ALLY,

Ktibt ismek fuq ir-ramel
Imma l-mewg haslu kollu

Ktibt ismek fuq il-pala ta’ jdejja
Imma meta l-ghada hsiltha sparixxa kollox

Ktibt ismek fuq il-karta
Imma gharmejtha wkoll

Poggejt ismek f’qalbi – u ghal dejjem ser tibqa’ 

Jumejn wara ghamilnilha l-funeral: tebut abjad, imgezwra f’ilbies abjad, u tlaqna mal-karru tal-mejtin lejn ic-Cimiterju ta’ Hal Balzan. Fic-Cimiterju ippruvajt nitlob u nghid it-talb ghal ALLY...ma stajtx inkompli...

Poggewha f’qabar kbir wisq ghal tarbija zghira li ghada kif twieldet...

U ghalqu l-qabar b’gebel kbir u rhama tqila...

Qabel m’ghalquh l-omm poggiet bukkett fjuri ... u zewg soft toys li kellha tiehu maghha...

L-Istorja ta’ Ally ghadha ser tibda....


Sunday, 1 June 2014

LEZZJONIJIET MILL-ELEZZJONIJIET



‘Grazzi Mulej, li għaddew’Hekk għidt wara li tħabbru r-riżultati tal-Elezzjonijiet Ewropej li għadhom kif għaddew. Waqt li nifhem li l-politika hija importanti ħafna għal-hajja tan-nies imma nifhem ukoll li meta jkollok doża kontinwa ta’ politika, tiddejjaq u ddawwar l-istazzjon tat-televixin fuq xi haġa oħra.  


Għax imbagħad nibdew nirrepetu l-istess argumenti u l-istess kritika. Anki meta hija vera, ma tridx tisma’ iżjed biha.  

U meta n-nies jibdew jitilfu l-interess fil-hajja politika  dan ifisser li l-hajja tan-nazzjon tmur lura.  

Meta nħares lura nista’ nħares b’iktar oġġettiva’ ta’ dak li gara u għaliex. Hemm ħafna mitoloġija mdawwra mal-elezzjonijiet Ewropew. Nixtieq imsemmi xi wħud minnhom.  

L-ewwelnett dawn ma kienux fuq ‘issues’ Ewropej daqskemm vot ta’ fiduċja fil-Gvern tal-ġurnata u kif in-nies jaħsbuha dwar l-Oppożizzjoni tal-lum. Ħlief l-Alternattiva Demokratika, xi mdaqqiet, il-Partiti jevitaw li jiddiskutu fit-tul ‘issues’ strettament Ewropej.  

L-Alternattiva Demokratika (AD) trid issib saqajha fil-hajja politika ta’ Malta. M’għandix dubbju li kellha skop, għandha skop u jibqa’ jkollha skop. L-AD jqajjmu ‘issues’ li ħafna politiċi jibżgħu jqajjmu u jieħdu ‘stand’ ċara fuq bosta minnhom. Tkun taf fejn qiegħed magħhom.  

Imma l-AD ma tistax tibqa’ biss ‘pressure group’ fuq ‘issues’ partikulari. Tinsab fil-politika mhux biex tibqa’ leħen fid-deżert imma biex tgħin fil-bidla tal-pajjiż. Hija wkoll trid tpoġġi lilha nnifisha biex xi daqqiet, f’ċerti ċirkustanzi, tmexxi hija wkoll ix-Xarabank jisimha Malta.  

Biex tagħmel dan, ma tibqax biss leħen fid-deżert, l-AD trid tagħmel riformi kbar fil-viżjoni tagħha. Tbiddel in-nies u tbiddel it-tmexxija.  

Minn barra, l-AD tidher dejjem bl-istess uċuh: intelliġenti, ġenwini, anzjani.  

Il-Laqgħa Ġenerali li ser jagħmlu fix-xhur li ġejjin, nittama, li jkollhom il-kuraġġ li jieħdu deċiżjonijiet li jagħtu spinta ‘l quddiem lil dan il-Partit.  

Dis-sena veru b’ċikka biex ma ġewx maqbuża minn Norman Lowell waħdu. Dan Norman mhux tant ‘normali’.  Anzi jappella ghall-aghar sentimenti li għandna go fina: dawk li nwaħħlu f’min hu żgħir u dgħajjef għal kull ħażen li hawn madwarna.  


Bħalma kien jagħmel Hitler dwar il-Lhud u l-omosesswali li kien jiddemonizzahom biex farfar il-ħtija tal-problemi fuqhom. L-istorja kienet u għadha u tibqa’ t'irrepeti ruħha.  

Noħlom li waqt li AD tibqa ’zzomm l-identità’ tagħha imma ssib ‘modo di agire’ differenti.  

Noħlom li jgħaddu ligijiet bit-timbru u bl-isem tal-AD.  

Bħalma hemm ‘private members’ bill’ biċ-ċans li parlamentari jistgħu jieħdu l-inizjattiva fuq ligijiet ġodda, hekk ukoll AD jista’ jkollha ftehim mal-Gvern fuq programm leġislattiv.  

L-AD ma jistax jibqa’ ‘partit’ fl-oppożizzjoni għal dejjem. L-iskop ta’ partit hu li jinfluwenza l-leġiżlazzjoni u juri li hu relevanti fid-dinja tal-lum, mhux biss fl-idejat, imma wkoll fl-applikazzjoni ta’ dawn l-idejat.  

Tagħlima oħra li ħadna f’dawn l-elezzjonijiet Ewropej tolqot is-sehem konkret tan-nisa Maltin fil-bini tas-soċjetà’ ġdida. 16% parteċipazzjoni fl-aħħar elezzjonijiet u erbgħa minn sitta nisa eletti fil-Parlament Ewropej juru l-progress li qed jagħmlu n-nisa mhux biss bħala dekorazzjoni tas-soċjetà’ imma bħala bennejja attivi għal soċjetà’ ġdida u kultura ġdida. 

Dr Helena Dalli ħadet deċiżjoni importanti dan l-aħħar: Wessgħet il-Kummissjoni tad-Drittijiet għal-Ugwaljanza għal Kumissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Ministru Dalli taħdem fil-kwiet u tasal għat-‘targets’ li jkollha. Imma d-deċiżjonijiet u l-implimentazzjonijiet tal-programm elettorali imorru ‘l hemm minn din il-leġiżlazzjoni. Bħal fl-imgħoddi, mexxiet ‘l quddiem  id-drittijiet tan-nisa, il-gwerra kontra l-vjolenza domestika,  u issa d-Drittijiet Umani.  

Id-Drittijiet tal-Bniedem huwa l-isem il-ġdid tal-ġustizzja u l-liberta’.  

Riflessjoni oħra tal- aħħar elezzjonijiet kienet ir-rwol ta’ Zaren Bonnici tal-Ajkla. Spiċċa b’elf u tlett mitt vot…riżultat rispettabli meta tqis l-istorja ta’ Zaren u l-Ajkla tiegħu.

Ġieli nkun għaddej waqt ‘meeting’ tiegħu. Ma jkollu lil ħadd quddiemu imma xorta jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun. Mhux biss għax kapaċi jkisser mit-tensjoni politika li ġieli titla’ għar-ras imma wkoll għax qed iwassal messaġġ. 

Il-politika Maltija dejjem għandha bżonn ta’ Zarenijiet u tal-Ajkli.  


Minn dawn l-elezzjonijiet ħarġet il-lezzjoni kif l-Ewropa, jekk tibqa’ bil-politika t’issa qed issir dejjem iżjed irrelevanti għal ħtiġiet taċ-ċittadini. L-awsterita’ ġabet magħha problemi enormi mhux biss għan-nies komuni imma għal gvernijiet ukoll, il-ftehim neo-liberali mal-Amerika (it-TTIP), l-atteġġjament imperjalist fil-politika barranija u l-ħsara lill-ambjent huma temi li Ewropa Ġdida trid tieħu wisq iżjed bis-serjetà’ milli għamlet s’issa.  

Matteo Renzi fl-Italja, Joseph Muscat f’Malta huma tnejn minn bosta politiċi ġodda li ser jibnu l-“EWROPA SOĊJALI "li tant nisimgħu biha imma ma tantx naraw.  

It-telfa tal-PN nittama li ma sserviex biex il-Gvern ikollu membri li f’ismu tikbrilhom rashom u jibdew iħarsu lejn in-nies bħala oġġett li tużah u tarmih. Iva, hemm tendenza li meta tirbaħ elezzjoni waħda wara l-oħra tibni madwarek klassi diriġenti li jaħsbu li għandhom il-monopolju tal-verità’ jew li ser jibqgħu imexxu huma għal dejjem.  

Ir-rota dejjem iddur: min hu fuq illum, jispiċċa fl-art għada. Din hija l-liġi tad-Demokrazija.  

Il-politiku supperv, li minn dejjem kien u minn dejjem jibqa', jagħmel ħafna ħsara lill-partit li jidher li qed jitkellem f’ismu.  

Kull partit, kull Gvern, irid ikollu makkinarju intern biex dawn in-nies ‘potenti’, li fil-fatt huma ‘impotenti’, jiġu kontrollati mill-ewwel għax inkella n-nies, bħalma huwa ġust, tikkontrollahom hi bil-vot tagħhom. Ir-rispett trid tiksbu u mhux jagħtihulek il-poter. Anzi l-poter, ħafna drabi, jservi biex jikkorrompi lill-politiku li tant ikun mitluf fil-poter li l-anqas biss jinduna kemm qed ikun arroganti u skifuż.  



1 JUNE 2014

Fr Colin's Podcast - JEKK THARES 'L FUQ MHIX SER ISSIBHA L-GENNA - Ghaliex l-Orjentali Jinkinaw Lil Xulxin?





Download Link..Right Click Save as


Saturday, 31 May 2014

LIFE BEGINS AT 40…. (FR COLIN APAP, jaqsam magħna xi jfissru dawn l-Erbgħin Sena bħala Saċerdot Malti… )


Life begins at 40…allura din is-sena, l-2014, jiena qed niċċelebra l-Ewwel Sena minn ħajti; m’għandix dubbju li hu birthday uniku u speċjali. 

Ser ikolli wkoll il-“Quċċija”u l-ġenituri tiegħi, nanniet u razza u radika kollha poġġewli affarijiet reliġjużi biex nimxi fuq idejja u saqajja, nitkaxkar, biex nagħżel xi haga li tleqq, bejn flus, pinna u arloġġi ser nagħżel Kurċifiss jew Kuruna tar-Rużarju!

Kienu s-27 ta’ Lulju ta’ erbgħin (40) sena ilu meta mitfugħin ma’ l-art, rasna ‘l isfel, ħamsin (50) saċerdot flimkien, ġejna ordnati saċerdoti għal okkażjoni tal-ħamsin (50) sena ta’ l-Arċisqof Mikiel Gonzi  bħala Isqof ta’ Malta. 

Kienet okkażjoni unika u storika għax konvint li qatt mhu ser tirrepeti oħra bħalha: 50 saċerdot għal 50 sena ta’ Isqof! 

Wara tmien (8) snin studji l-Università’ ta’ Malta u s-Seminarju kont naħseb li, kif jgħidu xi wħud, “Introibo ad altare Dei, addio libri miei”. Ix-xhur ta’ qabel is-sajf kienu dejjem marbuta ma’ eżamijiet u eżamijiet - sa minn meta bdejt immur l-iskola primarja, bil-bagalja tal-kartun ikbar minni, fl-Iskola tal-Floriana.  

Kont naħseb li wara tant studju,  issa nista’ nirrilassa u ngħaddi s-Sajf taħt xi tinda tax-xemx fix-Xemxija jew fuq xi ‘yacht’ ta’ xi ħabib nixxemmex u nsir bħal lobster.  

Hekk kif qaddist il-‘prima messa,  bdejt studju ieħor, dak tal-hajja, tar-rejalta’. L-eżamijiet f’din l-“università’ tal-ħajja”  kienu wisq iżjed diffiċli mill-filosofija u t-teoloġija. L-ewwel ‘eżami’ li kelli kien mal-Moviment ta’ Kana. Biex għallmuni , kienu jagħtuni l-iktar każijiet diffiċli ta’ żwieġ, relazzjonijiet falluti u affarijiet li qabel il-professur tal-morali kien jgħidhomlna minn fuq il-kotba. Il- ħajja hija xi ħaġa oħra.  - Altru l-bank tal-iskola u altru l-bank tal-ħajja.  

L-ewwel IVA tiegħi lil Alla kienet sabiħa, challenging, b’ħarsa ‘l quddiem ta’ min qed joħlom u jaf li qed joħlom u jaf x’għandu jagħmel biex jilħaq il-quċċata. Imma dan Alla li Huwa Mħabba hu Alla ġeluz -  u mhux kuntent bl-ewwel IVA li tajtu. Moħbija wara l-ewwel IVA lil Alla kien hemm katina sħiħa ta’ ġrajjiet li qatt ma bsart li ser ngħaddi minnhom. 

Erbgħin sena ta’ ferħ u niket, ta’ ‘suċċess’ u ‘falliment’, ta’ ħbiberiji sinċieri li jibqgħu dejjem f’qalbi u f’moħħi – imma wkoll esperjenzi qarsa tal-hajja bħal tradimenti, ‘back-stabbing’ u ipokresija. Propju bħal kull sejħa oħra tal-hajja: tgħaddi mill-estasi tas-sabiħ u mħabba vera u mill-istallel tal-hajja minn dawk li qatt ma tobsorha li ser jitrattawk hekk.  


Illum wara 40 sena saċerdot, inħares lura u nsaqsi jekk għandix nirrepeti IVA oħra ILLUM, fil-‘here and now’, fir-rejalta’ tal-mument preżent.  Jgħaddu minn quddiemi purċissjoni ta’ nies u ġrajjiet… u nsaqsi jekk hux ‘worth it’. It-tweġibiet, għalija, mhumiex faċli.  

Is-sabiħ tal-ħajja jiddependi mir-relazzjonijiet li nibni matul ħajti. Huma dawn ir-relazzjonijiet li juruni kemm Alla tas-Sorpriżi jkellimni permezz ta’ nies u ċirkustanzi. Dil-purċissjoni ta’ nies mill-Filippini sa Frascati, minn Ruma sa Tirana (Albania), minn Abuja (Nigeria) sa Nairobi (Kenya), minn New York sa Londra…u nirringrazzja lil Alla Li Hu Imħabba għal kull persuna li taghieli b’rigal. Anki, probabbilment iktar, għal dawk li ġegħluni nsofri waqt li qed jaħsbu li qed jagħmlu tajjeb.  

Is-saċerdozju, bħal kull sejħa oħra tal-hajja, mhux romantiċiżmu jew pessimiżmu. Kull saċerdot, bħal Kristu, irid jitgħallem jgħix ‘komdu’ fuq is-Salib għax wara s-Salib, u permezz tiegħu, jara z-żerriegħa li tmut li tagħti l-hajja u l-hajja bil-bosta.  

Sunday, 25 May 2014

STEJJER STRAORDINARJI TA’ NIES ORDINARJI


Tistagħgeb kif il-ħajja hija mimlija sorpriżi. “Alla tas-Sorpriżi” ma jieqaf qatt jissorprendini kemm hi sabiħa l-ħajja u kif l-ikbar rigal li jista’ jagħtini huma n-nies li jlaqqagħni magħhom. Jiġu ta’ kull forma u piz: min abjad, min iswed; min twil u min qasir; min tond u min kwadru… kollha tad-demm u l-laħam, kollha bl-istorja tagħhom. Kull persuna li niltaqa’ magħha niskopri STORJA UNIKA.

Monday, 19 May 2014

IDAHO

Conchita Wurst
L-istorja ta’ CONCHITA li rebhet il-Eurovision 2014 tqajjem hafna diskussjonijiet li ma nistghux nibqghu ninjorawhom. 

Nistghu indahhlu rasna fir-ramel biex ma narawhomx; qieshom kienu xi fatati; ninjorawhom. Bhal, f’certi pajjizi, jghidu li m’ghadhomx omosesswali. Hekk ukoll hawn min jghid li dawn it-transgender ma jezistux imma jilbsu u jagixxu b’mod biex jitkesshu u ghax-‘show’.

Percentwal zghir tal-popolazzjoni ta’ kull pajjiz u ta’ kull kultura jitwieldu b’identita’ sesswali ambigwa.

Thursday, 15 May 2014

Ittra Miftuha lill-Isqfijiet – ‘The Sequel’



L-artiklu tal-Hadd li ghadda “Ittra Miftuha lill-Isqfijiet” qajjem rejazzjonijiet immedjati. Ifisser li kien hemm bzonn li xi mdaqqiet nieqfu u nghidu “daqshekk!”.

 Dizgrazzjatament, xi  mdaqqiet, trid taghmel bhat-tfal iz-zghar li biex jigbdu l-attenzjoni tal-genituri mitlufa fix-xoghol iridu jibku, ihabbtu saqajhom, ma jaghmlux il-‘homework’ u ma jobdux mhux ghax ma jhobbux il-genituri anzi ghax ihobbuhom u jridu l-attenzjoni u l-approvazzjoni taghhom.

Xi mdaqqiet genitur ikun wisq mhedi fuq affarijiet “importanti” li m’ghandux hin biex ‘jahli’ ma’ uliedu.