Sunday 27 April 2014

IL-KNISJA KATTOLIKA MA TAGHMILX QADDISIN



“Il-Papa Twajjeb”, Gwanni XXIII u l-Papa “atleta ta’ Kristu” Gwanni Pawlu II, ser ikunu dikjarati qaddisin fi Pjazza San Pietru, Ruma, illum il-Hadd. Huma zewg Papiet differenti hafna minn xulxin. It-tnejn ghandhom il-pregji u d-difetti taghhom. Min kiteb l-istorja ta’ hajjithom wera car u tond il-kwalitajiet tajba u inqas tajba u hziena li kellhom. Kienu nies normali li ghamlu ghazla f’hajjithom. Din l-ghazla m’ghamluhiex ghax kienu qaddisin imma ghax kienu tad-demm u l-laham, bhali u bhalek, u biex ghamluha, din l-ghazla, kellhom jaffrontaw il-vulnerabilta’ taghhom u d-dghjufija taghhom.