Monday 1 September 2014

Fr Colin Apap warns that the Church must renew itself if it wished to remain a relevant force in society

Full Feature interview ma’ Fr Colin Apap
Fr. Colin kif tiddeskrivi ħajtek u l-karattru tiegħek? X’valuri ghandek u x’vizjoni ghandek tal-Knisja? Min hu Fr Colin?


Nipprova nghix il-mument prezent...il-bierah seta’ kien ahjar jew aghar; ma nistax inbiddlu. Ghada ma jezistix. L-uniku mument li ghandi huwa ISSA. U f’dan il-mument prezent li nsib l-isfidi tal-hajja, l-iskoperta ta’ hbiberija vera, id-deluzjoni ta’ min nafda u b’ghemilu jew kliemu jitradixxi din il-fiducja... il-mument prezent jaghmilni ‘down to earth’, ISSA, rejalistiku. Nghix b’mod shih il-“here and now”!
Jiena tweldit ottimist; nara l-flixkun nofsu mimli u ninjora li hemm in-nofs l-iehor. Niddejjaq inkun pessimist. Kont nemmen li kulhadd hu sincier, ‘what you see is what you get’. Imma fil-fatt mhux hekk! Il-hajja u l-esperjenzi taghha ghallmuni niskopri li mhux kull min jidhaqli u jehodli b’idejja hu habib. L-“esperjenza”, fil-fatt,  hi “l-isem li l-anzjani  jaghtu lill-izbalji taghhom”! Fil-fatt nirrikonoxxi li ghamilt hafna zbalji.
Minkejja dawn l-esperjenzi ‘negattivi’  xorta nibqa’ nemmen fit-tjubija tal-bniedem; u li hadd ma jaghmel il-hazin ghax hu hazin imma ghax b’xi mod jew iehor dan il-hazin hu prrezentat lilu bhala tajjeb.  Hadd ma jaghmel abort, per ezempju, biex joqtol lil xi hadd, imma ghax b’xi mod dan jiggustifikah b’argumenti li ghalih/a jaghmlu sens u pprezentati bhala tajbin.

Sunday 31 August 2014

The Moscow diaries


Nixtieq naqsam mieghek xi siltiet mid-djarju ta' Moscow, ir-Russja, fejn gejt ingedded l-esperjenza li ghamilt xi ghoxrin sena ilu. 

Dal-gimghat li ilni Moska tghallimt xi tfisser tpoggi lil Alla qabel is-sacerdozju. Mhix facli li tkun qassis kattoliku f'pajjiz prattikament ateju u fejn il-Knisja ortodossa thares lejna b'suspett. 

Qed nahdem hafna ma' qassis irlandiz  li ilu hawn 22 sena - Fr Michael Ryan. Nitghallem hafna minn ghandu ghax ghandu perspettiva fuq l-Essenzjali tal-hajja u t-twemmin kattoliku. Kapaci jaghti l-identita' kattolika f'dak kollu li jaghmel u kapaci jzomm postu fejn tidhol il-Knisja Ortodossa u l-Istat. Il-Knisja u l-Istat saru prattikament haga wahda li jharsu l-interessi ta' xulxin. Qatt ma tisma' kritika mill-Knisja lejn l-Istat u dan minn naha tieghu qed jibni mijiet ta' Knejjes ortodossi f'kull post.

Hawn min jghid li l-Knisja Ortodossa saret qiesha wiehed mid-Dipartimenti tal-Gvern. 

Rublev's Trinity

Ghalkemm dan igib certi vantaggi, imma fil-fatt jeqred il-liberta' biex tghallem il-Vangelu b'mod shih. 

Ovvjament trid tifhem dak li qed jigri fil-kuntest storiku ta' persekuzzjoni sistematika kontra l-knejjes specjalment kontra l-Knisja Ortodossa taht il-Komunizmu ateju. 

Vizta tal-Papa fir-Russja naraha impossibli sakemm ma titbiddielx il-percezzjoni dwar ir-role tal-Papa u l-mod kif tmexxi l-Patrijarkat il-Knisja Ortodossa. Qiesu ma jonqoshom xejn u jistghu jghaddu minghajr Ruma.

Imma x-xewqa ta' Kristu mhix hekk.

Attendejt diversi liturgiji ortodossi u vespri ghand sorijiet ortodossi tal-klawsura. It-tul tac-cerimonji, l-ilbies, il-Knejjes vojta hlief ftit nisa anzjani  jitkellmu wiehedhom. 

Hu zball facli, li naghmel, li nara l-grajjiet t'hawnhekk bl-ghajnejn ta' kattoliku u tal-West.

L-istess grajja hi pprezentata totalment differenti mill-media tal-West u mill-Ahbarijiet hawnhekk. Dak li qed jigri fl-Ukrajina u s-sanzjonijiet huma zewg temi principali li ma temminx li qed nitkellmu fuq l-istess affarijiet. Hawnhekk Putin hu meqjus bhala eroj li qed jaghti dinjita' lir-Russja kontra l-arroganza tal-West. 

Meta jkolli cans nara RT (Russia Today, li hafna ghandhom Malta wkoll), is-CNN, Euronews, TV5, Al Jazeera....u l-istess ahbar, l-istess filmat jaghtik stampa totalment differenti mir-rejalta'.

Ghalhekk importanti li nkunu kapaci nikkritikaw dak li nisimghu fl-ahbarijiet - kull stazzjon ghandu l-agenda tieghu u jipprezenta l-fatti skont min ihallas lill-gurnalisti.

Cathedral of Christ the Saviour

L-istess nazzjonalizmu  jezisti fil-Knisja Ortodossa. 

Mhix kwistjonijiet ta' duttrina daqskemm Politika u poter.

Hawnhekk titghallem tmur ghall-essenzjal.

Hadt sehem f'dar privata f'maghmudija u grizma tal-morda. 

Id-djar huma kollha l-istess zghar biex fix-xitwa jinzammu shan u fejn morna ghandhom kamra tas-sodda wahda li jorqdu erba' minn nies.

Id-djar jappartjenu ghall-Istat u l-Istat hu responsabbli ghall-'maintainence'.

Kulhadd ghandu dar u l-istat ihallas sew id-dawl, il-heating u l-affarijiet easenzjali bhal sahha etc Ghandhom 'purchasing power' iktar f'idejhom li hafna drabi jonfquhom fi hwejjeg fis-supermarkets numeruzi u forniti sew bhal tal-West. 


 The Red Square

L-ahhar li gejt xahar Moscow kien xi 20 sena ilu biex naghmel l-istess esperjenza.

It-tibdil li rajt hu enormi. M'inix hawn biex naghmel turizmu. 

Imma bqajt impressjonat kif idejologija tista' tibni socjeta' shiha u li kollox tibda tarah b'dak in-nuccali idejologiku.

Moskow, fejn kont, ghandhom kollox kbir...Il-muzewijiet, il-metro, l-istatwi ghall-Patrija, juru l-kobor tal-imperu russu.


U bhal kull imperu jghaddi zmienu ukoll. Meta mort l-ewwel darba fil-Pjazza l-Hamra kien hemm purcissjoni ma tispicca qatt ta' nies biex jaraw il-gisem ibbalzmat ta' Lenin.

Din id-darba ma kien hemm hadd. Kienu qed jarmaw ghal xi military tatoo ta' kull sena. 

In-nies imutu u jintesew....imma l-Idejali jibqghu.

Wednesday 20 August 2014

CELIBACY

Diocesan priests take only one vow on ordination: the vow of obedience to their Bishop.  Chastity and poverty are taken, as vows, by the religious congregations. 

Monks and friars, unlike Diocesan priests, are bound to live in a convent, community, obedient to his or her superior, and bound by a vow of obedience to his or her superior, chastity and poverty. Jokingly we say that “they” do the vows and we diocesan priests live them!


I find the vow of obedience, chastity and poverty very demanding. Looking back on these forty years of my priesthood I can vouch that sometimes these vows are too heavy.  
Without God’s grace, prayers and support of loving people around me I would not have made it. 

Yet I have full respect for priests, monks or sisters who discover God’s will for them is to move on, enter new commitments, leave the priesthood or the convent to build their own family and have their own children. I admire them for their courage and the beautiful families they have. One needs a determined personality to change the horses in mid stream. What is important is not to remain a priest or nun or religious but to do God’s will.  Ignatian rules of discernment give inner freedom, strength, and a vision to choose God not the things of God.  The Consecrated life is a means to an end, not the end itself. 

We were fifty priests ordained together forty years ago…of these fifty, seven died and seven left the priesthood. They are my friends and still very dear to me. 

Sometimes, not to have a wife or children of my own is one thing I find very difficult to live.  Yet I do believe that celibacy has its own witness as Jesus Himself chose to be celibate.  Those who think it’s always easy, they don’t know what they are talking about. 

Once my superior sent for me to inquire why I said publicly that I miss a wife and children. Because that’s my own experience. 

Unfortunately, we lose very good persons who have a vocation to the priesthood and renounce their call because they want to marry, have a wife of their own, children of their own, form a family of their own. The normal vocation of every person is to marry not to live alone. One needs a special call to live otherwise. 

Again Pope Francis comes to my rescue.

Asked in La Repubblica interview about the celibacy rule for priests, Pope Francis recalled that it was adopted 900 years after the death of Jesus Christ and pointed out that the Eastern Catholic Church allows its priests to marry.

"The problem certainly exists but it is not on a large scale. It will need time but the solutions are there and I will find them”

What I feel perturbed about is not that a priest or a sister decides to leave his or her vocation. I know several priests and sisters who now form wonderful exemplary families. I find it difficult to accept how, as it happened to me in Italy, a sister living in a community of love and prayer would not find, not even one sister, to tell her about her pregnancy.


Indeed, to be celibate does not imply to renounce to a tender loving family – that’s why some convents are becoming bare and turned into museums.

Love, even if celibate makes the world go round – even within the Roman Catholic Church.


Sunday 3 August 2014

Fr Colin's Podcast - Meta Tiehu Sehem f'film u Tiltaqa' m'Alla




Download Link..Right Click Save as

Related to the theme of this podcast.
GRAPHIC IMAGE  An example of just how brutal and cruel the war in Gaza can be.
VIEWER DISCRETION IS ADVISED - click HERE to continue.

Tuesday 22 July 2014

Monday 21 July 2014

FR JOHN CARUANA ANNOUNCING "THE MALTESE MISSIONARY EXPERIENCE" - FREE DOWNLOAD


Fr John Caruana’s book can be accessed and downloaded from the website of the diocese of Maringa, Brazil. 

Click on  www.arquidiocesedemaringa.org.br  and then press on Multimedia where the title of the book The Maltese Missionary Experience features prominently. 


Click on it, you will find an introduction in Portughese, and just underneath this introduction, you have  the link to the book, where you can open or download the book to your computer for free.


Direct Link http://arquidiocesedemaringa.org.br/noticiasdiocese/padre-joao-caruana-lanca-livro-online-a-experiencia-missionaria-de-malta/


Sunday 8 June 2014

STEJJER TA’ ‘SULDATI TAL-AZZAR’

Storja Nru 1: Il-Mewt ta’ Suldat tal-Azzar



Il-Knisja Maltija hi obbligata, mil-ligi naturali u mill-Principju tal-Gustizzja li ma tibqax daqshekk passiva quddiem zewg fenomeni: l-abbuz tat-tfal minn ‘nies tal-Knisja’ u d-dfin f’art mhux konsagrata minhabba t-twemmin politiku taghhom. 

Fic-Cimiterju tal-Addolarata hemm parti msejjha b’ton dispregattiv “il-Mizbla”.  Fil-fatt mhix hekk u qatt ma kienet hekk. Imma l-percezzjoni tan-nies hija li  f’dik l-art mishuta jindifnu dawk li mietu, biex nuza l-espressjoni li regghet issemmiet fil-Kampanja Elettorali Ewropea, “is-suldati tal-azzar”. Dawn kienu nies komuni li l-uniku dnub mejjet li ghamlu kien ghax kienu jemmnu fil-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. 

Jiena kont ghadni zghir hafna biex nifhem ghaliex bniedem biex tikkastigah u tbezza’ lilu u lil familtu,  trid tidfnu f’”mizbla”, art mhux konsagrata. Huwa veru li trid tifhem dawn il-grajjiet fil-kuntest ta’ dlam li saru;is-sens ta’ intolleranza,  injoranza grassa, poter li ma jafx regoli u rispett ghad-dinjita’ tal-bniedem,  l-anqas ghal min hu mejjet. Il-glieda politiku-religjuza kienet ghajb ghal kull min ha sehem fiha – jiena wkoll, tifel zghir tal-Muzew, kienu jehduna mmorru nsaffru u nkantaw biex niddefendu lil Kristu u il-Knisja Tieghu minn halq dawk li l-ilpup li riedu jeqirduha.

Hawn min jghidli li dik hija storja antika, ahjar ma nsemmuhiex izjed; ninjorawha, qiesha qatt ma saret, u fil-fatt, il-generazzjoni tal-lum tigi taqa’ u tqum minn dik il-Glieda u l-vittmi li halliet – fuq zewg nahat.

Imma ma nistax nieqaf u nirrifletti meta dik il-generazzjoni ta’ dak iz-zmien illum, mimlijin bl-eta’, qed imutu jew waslu li jiccelebraw l-anniversarju taz-zwieg taghhom: 50 u 60 sena mizzewgin! Ezempju, dan, ta’ fedelta’ u sincerita’ li hu dawl ghal kull min jahseb li z-zwigijiet ma jkomplux sa 50 jew 60 sena….

Tlajt fuq is-sodda tal-mewt tieghu. Kien qed imut. Ma riedx jaf b’sagramenti jew qrar jew talb. Ma riedx jara sacerdot qabel ma jmut. Kien ‘suldat tal-azzar’. Il-memorji u r-rabja li kellu hafna snin ilu ghadhom hemm – anki fuq is-sodda tal-mewt. 

Ghajtuli l-familjari tieghu  biex inkellmu qabel ma jmut.  Spjegawli ghaliex ma jridx jisma’ b’qassisin jew sagramenti, jew il-“Grizma Tal-Ahhar”. Hallewni wahdu mieghu fil-kamra. Bil-kemm seta’ jitkellem u meta ghidtlu min jien tbissem u kien lest li jitkellem. 

Ta’ zaghzugh mimli idejali kien jimmilita fiz-Zghazagh Laburisti u kienu joholmu f’Malta iktar gusta, jiggieldu l-hafa’ li kien hawn, inaqqsu d-differenzi bejn Malti u Malti, u l-gid tan-nazzjon jitqassam b’mod iktar gust fost kulhadd. Kienu jirribellaw meta jaraw li klassi ta’ fuq tghaffeg lill-Klassi ta’ taht. Kienet gwerra idejologika – imma kienu jemmnu li l-‘glieda tal-klassi’ kienet inevitabbli biex iggib il-gustizzja. 

F ‘din il-glieda sab ruhu kontra l-“Knisja” u l-allejati politici taghha li kienu jwieznu lil xulxin. Min dak inhar sal-lum ma riedx jaf izjed bi Knisja u rema’ mal-ilma mahmug lit-tarbija b’kollox. Issa wasal biex imut.  Bil-kemm jista’ jiehu nifs. X’taghmel?

Tlajt fuq is-sodda l-kbira – kbira wisq ghal bniedem wahdu - li kien fiha. Qbadtlu idu, harist f’ghajnejh, u tlabtu skuza f’ismi u f’isem il-Knisja li tant wegghatu, lilu u lil kull min hu bhalu.  Laburisti genwini bhal dawn kienu jidfnuhom fil-Mizbla imma hallelin, qattiela, stupraturi ….jidfnuhom f’art ikkonsagrata! Qatt ma stajt nifhimha din, u l-anqas nipprova.

Niftakarha sew dik ix-xena: ragel anzjan, wahdu, bid-dmugh f’ghajnejh, mitfugh fuq is-sodda tal-mewt, jipprova jiehu n-nifs u jitkellem, jipprova jitkellem, kliem li wahda tifhem u l-ohra le….

Zammejtlu idejh il-hin kollu. 
Kien jaf li mhuwiex wahdu. 
Li hemm min ihobbu, jifhmu u jacettah kif inhu. 
Tkellimna. 
Miet f’idejja.

Bi tbissima fuq fommu ghax rega’ ltaqa’ ma’ dak Alla li Huwa Mhabba li jhobb lil-Laburisti wkoll, specjalment  jekk huma “Suldati tal-Azzar”.

Nohlom, li meta ssir quddiesa fl-art mhux konsagrata li issa giet miftuha ghall-pubbliku, ikun pass iehor ‘l quddiem ghar-rikonciljazzjoni mas-Suldati tal-Azzar u l-familjari taghhom. 

Imbaghad nibda nemmen li l-apologija li saret hi genwina. 

Storja Nru 2:  60 SENA ZWIEG TA’ SULDAT TAL-AZZAR IEHOR


Cemplitli l-mara u t-tfal tieghu. Riedu jaghmlu Quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla tas-60 sena miz-zwieg taghhom. Ma riedux jaghmlu biss xi ikla u jixorbu flimkien, imma riedu jghidu GRAZZI lil Alla ta’ uliedhom, tas-sahha li tahom u tal-ferh u n-niket,  li familja kbira ggib maghha. Staqsewni jekk nacettax li naghmlilhom quddiesa tal-anniversarju taz-zwieg taghhom. 

Qabel ma ftaht halqi qaluli:
“il-papa’ ma jridx quddies, ma jridx qassisin fil-festa, irid jaghmel biss ikla tal-familja kollha u hadd izjed”

Ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu, m’ahniex nitkellmu fuq tfal imma ragel anzjan u matur. 

Meta sar jaf x’ghidtilhom cempilli hu. Qalli  biex niltaqghu fil-Pjazza tal-Qawra ghax ried ikellimni personalment. Mort il-Hadd wara nofs inhar; fix-xemx tizreg. 

Tani lista ta’ ragunijiet ghax ma riedx jaghmel quddiesa; min xhiex ghadda minhabba t-twemmin politiku tieghu; x’’hard time’ tawh il-qassisin meta kien imur iqerr u kif kienu jwarrbuh waqt l-Ewwel Tqarbina ta’ uliedu u d-diffikultajiet li sab biex jghammidhom. 

Iddecieda li jitlaq kollox u lil kulhadd fil-Knisja Maltija. 

U min dak inhar ‘l hawn ma riedx jaf izjed b’sagramenti u knejjes. “Jien nitkellem ma’ Allla tieghi, bejni u bejnU…m’ghandi bzonn hadd fil-Knisja…kienu huma li warrbun u tghallimt li nghix minghajrhom”

Il-mara tieghu le.

Baqghet ‘fidila’, xorta wahda baqghet tmur knisja, tqerr u titqarben.  Irrispettat l-ghazla tar-ragel taghha ghal bosta snin. 

Imma issa li waslu biex jiccelebraw is-sittin sena miz-zwieg taghhom xtaqet li jaghmlu quddiesa, flimkien, biex igeddu l-IVA taghhom lil Alla quddiem sacerdot fi Knisja. Bhlama ghamlu 60 sena ilu. 

Imma r-ragel ma riedx. 

Qadt nisimghu l-hin kollu jirrakontali minn xhiex ghadda\ u kemm sofra minn idejn il-qassisin. 

Baqa’ jhares lejja. 

M’ghidtlu xejn. 

Qadt nisma’. Nisma’.

Wara talabni mmur id-dar tieghu li tinsab vicin fejn il-pjazza. Ried jaghti sorpriza lil martu.

Mort mieghu u ltqajt mal-mara…veru zzomm ruhha tajjeb u minkejja t-tikmix f’wiccha u l-artrite xorta wahda ghada mara verament sabiha.

Ma kienetx taf ghaliex gejt naraha. Xrobna flimkien u ma semmejt xejn. Hassejt li l-ahjar mod kif inhobb f’dak il-hin hu biss li nistenna, noqghod kwiet, nipprova nifhem u naghder. Tkellimna fuq it-tfal u l-holm li ghandha. 

Ma semmew xejn fuq quddiesa ghac-celebrazzjoni tas-60 sena. U jien ma semmejt xejn, l-anqas. 

Sellimtilhom, ghannaqthom u tlaqt ‘l barra….hekk kif kont diehel fil-Lift gie jwassalni r-ragel, is-suldat tal-Azzar. 

Baqa’ jhares lejjha qiesu qed jistenna li nghidlu xi haga. Irringrazzjajtu ta’ l-istedina. 

“Jekk verament thobb lil martek bhalma tghid, l-isbah rigal li tista’ taghtiha hi li tisma’ x’qed tghidlek, tirrispetta x-xewqa taghha u tara x’tista’ taghmel biex turiha li thobbha….Ciao!”

Ghaddew il-gimghat; cempluli uliedu; ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu. 

Hsibt li kien ‘hela’ ta’ hin….

Meta nircievi telefonata minn ghandi Is-Suldat tal-Azzar…
“Father Colin nixtieqek tigi ticcelebralna quddiesa ghas-60 sena anniversarju tat-tieg taghna….hu mod kif naghti rigal lil marti li tant tixtieq quddiesa….
Il-Hadd l-1 ta’ Gunju2014 fil-11:00 ta’ filghodu, f’kapella fin-Nord ta’ Malta, is-Suldat tal-Azzar ser jerga’ jaghmilha. 

Mill-gdid rebah il-gwerra. 

Lejn Politika Koerenti dwar l-Immigrazzjoni

‘SCAPEGOAT’: IL-HARUF TAS-SAGRIFICCJU MALTI

“Scapegoat” hija terminu bl-ingliz li jirreferi ghal individwu jew grupp ta’ nies li jaqalghu fuqhom il-kastigi kollha f’isem il-poplu. “Il-Haruf ta’ Azazel” jaghmel parti mir-Ritwal Lhudi f’Yom Kippur. Ara l-Ktieb tal-Levitiku 16:8-10 fejn issib kif haruf simbolikament igorr id-dnubiet tal-Poplu Lhudi.

Studjuzi jahsbu li l-Haruf gie maghzul minn Lot biex Azazel jafer il-Poplu. Dan Azazel kien meqjus bhala Demonju tad-Dezert li imbaghad gie mitfugh minn precepizju barra minn Gerusalem biex jehles lin-nazzjon mid-dnubiet taghha.

Hi minn din l-istorja li l-Haruf gie maghzul biex ifisser grupp ta’ bnedmin jew individwu li jiehu fuqu l-htijiet ta’ haddiehor minkejja li huwa stess huwa innocenti. Li ssib innocenti li jigi maghzul biex ihallas ghad-dnubiet tal-poplu hija storja twila u hadet diversi forom. Diversi annimali kienu jigu ssagrifikati u anki annimali ohra barra l-Haruf.

Fil-Grecja Antika Haruf Uman kien jigi offrut lil allat biex inaqssu l-effett ta’ xi epidemija jew “act of god” iehor. Is-sagrificcju ta’ bniedem wiehed biex jipplaka r-rabja tal-allat kien meqjus bhala parti mill-kultura dominanti.

Min ra l-film Apocalypto (2006)kellu jassisti ghal xeni mill-iktar krudili ta’ sagrificcji ta’ bnedmin biex inehhu r-rabja tal-allat ghal ‘hazen’ tal-bnedmin.

Mel Gibson, id-Direttur, (Braveheart (1995); Passion of the Christ (2004), The Patriot (2000) jibrilla wkoll biex jiddiskrivi l-iktar xeni tad-demm u krudili li qatt ra li screen tas-cinema.



Ir-ritwal ta’ bnedmin offruti lil allat ma jhalli xejn ghall-immaginazzjoni: il-krudelta’ kif joqtlu lill-irgiel, jaqalghulhom qalbhom u juruha lil kulhadd waqt li qed l-folla taht it-tempju majestuz, icappcpu u jitolbu, u jilqghu ir-ras, il-qalb u l-gisem mejjet li jgerbeb minn fuq it-tarag twil tat-tempju Majan. Mel Gibson ha zball fil-film ghax ic-civilta’ li ried jirraprezenta fil-film mhix tal-Maya imma cerimonji ta’ Aztec.      

Hekk kif ic-civilta’ tal-Maya bdiet tispicca, il-mexxejja kienu konvinti li jekk jibnu izjed ‘knejjes’ u b’hekk jizguraw l-appogg tal-allat biex ic-civilta’ taghhom timxi ‘l quddiem. Waqt xeni ta’ dmija Jaguar Paw, iz-zaghzugh maqbud biex joffruh lil alla bhala sagrificcju, jirnexxielu jahrab u jsalva.

In-Nies tal-Grecja kienu jaghzlu ragel jew mara biex jissagrifikawk fil-Festa ta’ Thargelia. Wara li jorganizzaw festa, il-koppja kienet tigi mgieghla ddur l-irhula kollha, imsawwta waqt li ghaddejjin, imbaghad jitkeccew mill-Belt u xi mdaqqiet anki jhaggruhom.

B’dan il-mod il-Belt kienet tkun protetta mill-hazen jew l-ghajn il-hazina ghal sena ohra.


Ir-Rumani kellhom l-Festa ta’ Lupercalia fejn il-qassisin (imsejjha Luperci) kienu jigru mal-Belt kollha u jekk mara tigi moghtija daqqa mill-annimal issagrifikat, allura suppost li ma tibqax sterili u jista’ jkollha t-tfal!

Fil-bidu tal-Ligi Rumana kienet thalli li bniedem innocenti jista’ jaccetta li jhallas il-piena ta’ haddiehor, il-hati. L-Innocenti jigi msawwat, iflaggellat minflok il-hati.

Fil-Kristjanezimu hemm xi haga li tixbah lil din: meta nqiesu lil Gesu, Alla-Bniedem, li ghalkemm innocenti, hallas id-dnubiet taghna lkoll.

Matul iz-zminijiet minn dejjem kien hemm gruppi partikulari, gnus shah, li jservu ta’ ‘scapegoats’. Ghalkemm huma innocenti jigu ‘ttimbrati’ biex jaqilghu l-kastig huma minflok l-ohrajn.

Hitler kien juza bhala ‘scapegoat’ lil-Lhud u lill-Omosesswali biex iwahhal fihom ta’ dak kollu li hu hazin fit-Third Reich. Qatel minnhom xi sitt miljun Lhudi biex “inaddaf” l-Umanita’ u jaghmilha Razza Pura.


Illum hawn min juza bhala ‘scapegoat’ lis-Suwed, lill-Fqar, lill-Omosesswali, lill-Minoranzi, lil-Gypsies....nies vulnerabbli li s-Socjeta’ twarrabhom jew tobghodhom.

Huma ‘soft target’ ghal min irid iwahhal fihom ghal kull ma jmur hazin fl-ekonomija, l-ingustizzji li naraw madwarna, u l-bizgha enormi li noholqu biex noholquhom.





Sahansitra hawn min ipingi dak kollu li ghandu x’jaqsam mas-“Suwed” bhala l-kulur tal-mewt, tal-hazen, tal-bizgha. Sahansitra anki lil Lucifru, l-Kap tax-Xjaten, ipinguh iswed iswed. U min meta nkunu zghar idahhlulna f’rasna li kull min hu iswed hu tal-biza’.

Anki jekk l-iswed fil-moda jibqa’ dejjem modern u attrajenti (ovvjament skont min jilbsu!)

L-ahbarijiet li qed nisimghu kuljum dwar eluf ta’ regugjati li qed tiehu l-Italja huma sorprentendi; is-soltu ghadd gmielu minnhom jispiccaw Malta – imma issa, bhal f’miraklu, qed jispiccaw l-Italja – li ghandha izjed spazju u li mhemmx kontrolli fuq ‘fruntieri’. Minkejja li l-Italja hija pajjiz mimli nies bla xoghol, dawn ir-refugjati qed jinghataw kenn biex jibnu gejjieni ahjar ghalihom u ghal uliedhom.

Politika Nazzjonali dwar l-Immigrazzjoni trid tkun maqbula mill-forzi politici kollha. Hija haga nazzjonali u mhux ta’ Gvern jew Partit.  Minkejja dak li nisimghu fuq Schultz u Junker dwar l-immigrazzjoni ghad irridu naraw kemm dawn il-paroli jsarrfu fi programm elettorali tal-partiti li jirraprezentaw u s-27 membru tal-Unjoni Ewropea jerfghu flimkien il-piz difficli tal-immigrazzjoni.

Wara li sfruttajnihom permezz tal-konjalizazzjoni, sraqnihom u wahhalnilhom ma nafx kemm –il marda, nittama li din is-sena tkun ta’  ahbar tajba ghal gustizzja u l-ugwaljanza.

L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Imberkin dawk li jibku ghax ikunu mfarrga…(Mt 5:4)

Marki tas-saqajn zghar zghar….bil-kemm stajt taghti l-ewwel pass…imma dawk il-marki ser jibqghu ghal dejjem minquxa f’qalbna….

Mulej, kemm xtaqt lil din it-tarbija nzommha fuq riglejja u nkellimha dwarek, imma issa li ma kellix ic-cans li naghmel dan, nitolbok,

Mulej, li zzomha soda fuq riglejk u tghidilha dwari?

…Inti prezzjuza f’ghajnejja, u naghtik gih, ghax jiena nhobbok… (Izaija, 43:4)



L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Kien l-aghar funeral li qatt ghamilt. Xtaqt m’ghamiltux. Imma ridt inkun hemm, prezenti, fis-silenzju.
Ghax quddiem il-mewt mhemmx xi tghid. Quddiem il-mewt ta’ tarbija kull kelma ssir zejda, bla sens.
Sa hmistax ilu konna lkoll ferhana nistennew lilu jew lilha...Kellha tkun l-ewwel tarbija ta’ Keith u Rachel

Rajna l-ultra sound, bil-kulur u multi-dimensjonali. It-teknologija tal-lum li ggiblek quddiem ghajnejk il-misteru tal-hajja f’guf l-omm. Miraklu u kapulavur li ebda bniedem ma jista’ jinseg

Qalulna li kellha tkun TIFLA

U bdiet il-‘glieda’ insibulha isem. Kulhadd ta l-parrir siewi tieghu....minn ghal xi nanna jew xi nannu...
Imma kienu l-genituri li ddecidew, bhal Zakkarija u Elizabetta: Isimha jkun ALLY

Issa dik it-tarbija ghandha isem, ser tkun maghrufa u msejjha b’isem li jiddistingwiha minn kull holqien iehor....U stennejna ...ftit gimghat ohra...

Bdejna nixtru l-ilbies tat-trabi, prams, toys, ta’ kull tip, ilwien u forma…Kollox lest biex nilqghu lil ALLY fid-dinja M’ghandix dubbju li kienet ser issib dinja li tilqaghha, tistenniha u hafna, hafna imhabba…

Waslet fit-32 gimgha…issa tista’ titwieled diga’…ghax diga’ ffurmata u lesta biex tghix indipendenti minn guf l-omm…

Kull daqqa fuq zaqq ommha kienet tfisser li Ally hija hajja, mimlija hajja, taqbez, iddur, tghum …

Kulhadd lest ghat-twelid ta’ ALLY…

Ghaddew jumejn ohra…32 gimgha u jumejn…
U ALLY MA BAQGHETX TIEHU N-NIFS IZJED…
Ma baqghetx ticcaqlaq… L-omm ma baqghetx thossha…

Girja l-isptar…

ALLY kienet mietet, hekk bla kliem u bla sliem…

Il-holm sefa’ fix-xejn…

Warrabna t-toys tal-baby, l-ilbies ikkulurit taghha li kellha tilbes.. Issa mhemmx iktar bzonnhom…
Nistghu narmuhom… Min bir-rabja u min b’nuqqas ta’ tama…

Imma x’gara? Ghaliex f’daqqa? It-tobba qalulna li  trid issir l-awtopsja fuq il-gisem zghir ta’ Ally ghax huma stess ma jafux x’gara…Imbaghad harget il-verita’ mhix mistennija: il-kurdun umbilikali li jaghti l-hajja t-tarbija dar m’ghonq it-tarbija u ma setghetx tiehu izjed nifs...

Hadd ma ried jemmen…

Meta mort nara l-genituri ta’ Ally sibthom issummati, maqtughejn mid-dinja madwarhom, ma jafux x’qed jigri...

Ghaddejt sieghat hemm f’dik il-kamra apposta fl-isptar Mater Dei…silenzju u biki, biki u silenzji…kull kelma tinhass vojta u bla sens…

X’tghidilha ‘l Omm ta’ 18-il sena li tilfet l-ewwel tarbija taghha? X’ser tghidli ‘l Missier it-tarbija, bil-kemm ghadu kif ghalaq l-20? Meta l-kbar imutu, tistenniha, ghexu hajjithom…
Imma tarbija li diga’ mejta, l-anqas biss twieldet u diga’ mejta?

7,200  KULJUM
-    In-numru ta’ trabi li jmutu fil-guf tal-omm
2.6 miljun
-    In-numru ta’ trabi mejta fid-dinja fl-2009
-   
(source: The Lancet, Lancet series of Stillbirths)

Ta’ tmien xhur ALLY kienet tarbija li tidher li hi tarbija  ffurmata... imma issa riedu jaraw x’tip ta’ operazzjoni jridu jaghmlu biex il-gisem mejjet ta’ Ally johorguh minn guf l-omm...

Cesarja? L-ahjar soluzzjoni, inqas tbatija ghal kulhadd...

Imma c-Cesarja fi stat avvanzat ta’ twelid jista’ jkollha konsegwenzi u komplikazzjonijiet ohra...

Iddecidew li jwelldu t-tarbija mejta b’mod naturali...

U wellduha...mejta.

Almenu, is-soltu, it-tbatija tal-hlas kien jispicca b’hajja f’idejk – u mhux tarbija mejta f’idejk!

U beda r-ritwal li jaghti tifsira lil dak li kien qed jigri: il-psikologa li tisma’ u tghin lil omm u ‘l missier, in-nanniet u l-membri kollha nvoluti...it-tim tat-tobba, ilkoll b’esperjenza professjonali fit-tul, flimkien, bhala tim, hemm prezenti, jaghtu l-appogg u jaghmlu dak kollu li tghallmu matul is-snin...

Quddiem mewt ta’ tarbija anki l-iktar professjonist imharreg biex izomm distanti mill-avvenimenti li qed jigru quddiemu, b’distakk professjonali, xorta wahda jkollu bzonn imur f’kamra ohra biex jibki u quddiem l-ohrajn ixerred dmugh li jipprova jahbi...
Imbaghad lestew kartolina apposta: issib l-isem u l-kunjom, l-omm u l-missier, il-midwife li ghenitha twelled. Il-jum meta twieldet u l-hin...


“I am Ally...I was born on 31/05/2014 at 22.45 at Mater Dei…I am 32 weeks plus 2 days and weigh 1.75 kgs…My mother was cared for Alexia Sciberras…


Qatghulha ftit xahar u poggewh f’borza zghira tal-plastic stapiljata mal-kartolina.

F’pagna ohra hadu l-marki tal-qiegh tas-saqajn, tal-lemin u tax-xellug, u l-istess il-marki tal-idejn tal-lemin u x-xellug...

Dawn il-kartolini huma mhejjija minn ghaqda apposta biex tghin lill-genituri jghixu dan il-mument difficli: SANDS (Malta) Stillbirth and Neonatal Death Society tal-Moviment ta’ Kana.

Imbaghad jaghtu lit-tarbija mejta f’idejn l-omm, il-missier u familjari...l-omm zammitha tlett sighat, thares lejha, tibki, tolfoq...

ALLY,

Ktibt ismek fuq ir-ramel
Imma l-mewg haslu kollu

Ktibt ismek fuq il-pala ta’ jdejja
Imma meta l-ghada hsiltha sparixxa kollox

Ktibt ismek fuq il-karta
Imma gharmejtha wkoll

Poggejt ismek f’qalbi – u ghal dejjem ser tibqa’ 

Jumejn wara ghamilnilha l-funeral: tebut abjad, imgezwra f’ilbies abjad, u tlaqna mal-karru tal-mejtin lejn ic-Cimiterju ta’ Hal Balzan. Fic-Cimiterju ippruvajt nitlob u nghid it-talb ghal ALLY...ma stajtx inkompli...

Poggewha f’qabar kbir wisq ghal tarbija zghira li ghada kif twieldet...

U ghalqu l-qabar b’gebel kbir u rhama tqila...

Qabel m’ghalquh l-omm poggiet bukkett fjuri ... u zewg soft toys li kellha tiehu maghha...

L-Istorja ta’ Ally ghadha ser tibda....


Sunday 1 June 2014

LEZZJONIJIET MILL-ELEZZJONIJIET



‘Grazzi Mulej, li għaddew’Hekk għidt wara li tħabbru r-riżultati tal-Elezzjonijiet Ewropej li għadhom kif għaddew. Waqt li nifhem li l-politika hija importanti ħafna għal-hajja tan-nies imma nifhem ukoll li meta jkollok doża kontinwa ta’ politika, tiddejjaq u ddawwar l-istazzjon tat-televixin fuq xi haġa oħra.  


Għax imbagħad nibdew nirrepetu l-istess argumenti u l-istess kritika. Anki meta hija vera, ma tridx tisma’ iżjed biha.  

U meta n-nies jibdew jitilfu l-interess fil-hajja politika  dan ifisser li l-hajja tan-nazzjon tmur lura.  

Meta nħares lura nista’ nħares b’iktar oġġettiva’ ta’ dak li gara u għaliex. Hemm ħafna mitoloġija mdawwra mal-elezzjonijiet Ewropew. Nixtieq imsemmi xi wħud minnhom.  

L-ewwelnett dawn ma kienux fuq ‘issues’ Ewropej daqskemm vot ta’ fiduċja fil-Gvern tal-ġurnata u kif in-nies jaħsbuha dwar l-Oppożizzjoni tal-lum. Ħlief l-Alternattiva Demokratika, xi mdaqqiet, il-Partiti jevitaw li jiddiskutu fit-tul ‘issues’ strettament Ewropej.  

L-Alternattiva Demokratika (AD) trid issib saqajha fil-hajja politika ta’ Malta. M’għandix dubbju li kellha skop, għandha skop u jibqa’ jkollha skop. L-AD jqajjmu ‘issues’ li ħafna politiċi jibżgħu jqajjmu u jieħdu ‘stand’ ċara fuq bosta minnhom. Tkun taf fejn qiegħed magħhom.  

Imma l-AD ma tistax tibqa’ biss ‘pressure group’ fuq ‘issues’ partikulari. Tinsab fil-politika mhux biex tibqa’ leħen fid-deżert imma biex tgħin fil-bidla tal-pajjiż. Hija wkoll trid tpoġġi lilha nnifisha biex xi daqqiet, f’ċerti ċirkustanzi, tmexxi hija wkoll ix-Xarabank jisimha Malta.  

Biex tagħmel dan, ma tibqax biss leħen fid-deżert, l-AD trid tagħmel riformi kbar fil-viżjoni tagħha. Tbiddel in-nies u tbiddel it-tmexxija.  

Minn barra, l-AD tidher dejjem bl-istess uċuh: intelliġenti, ġenwini, anzjani.  

Il-Laqgħa Ġenerali li ser jagħmlu fix-xhur li ġejjin, nittama, li jkollhom il-kuraġġ li jieħdu deċiżjonijiet li jagħtu spinta ‘l quddiem lil dan il-Partit.  

Dis-sena veru b’ċikka biex ma ġewx maqbuża minn Norman Lowell waħdu. Dan Norman mhux tant ‘normali’.  Anzi jappella ghall-aghar sentimenti li għandna go fina: dawk li nwaħħlu f’min hu żgħir u dgħajjef għal kull ħażen li hawn madwarna.  


Bħalma kien jagħmel Hitler dwar il-Lhud u l-omosesswali li kien jiddemonizzahom biex farfar il-ħtija tal-problemi fuqhom. L-istorja kienet u għadha u tibqa’ t'irrepeti ruħha.  

Noħlom li waqt li AD tibqa ’zzomm l-identità’ tagħha imma ssib ‘modo di agire’ differenti.  

Noħlom li jgħaddu ligijiet bit-timbru u bl-isem tal-AD.  

Bħalma hemm ‘private members’ bill’ biċ-ċans li parlamentari jistgħu jieħdu l-inizjattiva fuq ligijiet ġodda, hekk ukoll AD jista’ jkollha ftehim mal-Gvern fuq programm leġislattiv.  

L-AD ma jistax jibqa’ ‘partit’ fl-oppożizzjoni għal dejjem. L-iskop ta’ partit hu li jinfluwenza l-leġiżlazzjoni u juri li hu relevanti fid-dinja tal-lum, mhux biss fl-idejat, imma wkoll fl-applikazzjoni ta’ dawn l-idejat.  

Tagħlima oħra li ħadna f’dawn l-elezzjonijiet Ewropej tolqot is-sehem konkret tan-nisa Maltin fil-bini tas-soċjetà’ ġdida. 16% parteċipazzjoni fl-aħħar elezzjonijiet u erbgħa minn sitta nisa eletti fil-Parlament Ewropej juru l-progress li qed jagħmlu n-nisa mhux biss bħala dekorazzjoni tas-soċjetà’ imma bħala bennejja attivi għal soċjetà’ ġdida u kultura ġdida. 

Dr Helena Dalli ħadet deċiżjoni importanti dan l-aħħar: Wessgħet il-Kummissjoni tad-Drittijiet għal-Ugwaljanza għal Kumissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Ministru Dalli taħdem fil-kwiet u tasal għat-‘targets’ li jkollha. Imma d-deċiżjonijiet u l-implimentazzjonijiet tal-programm elettorali imorru ‘l hemm minn din il-leġiżlazzjoni. Bħal fl-imgħoddi, mexxiet ‘l quddiem  id-drittijiet tan-nisa, il-gwerra kontra l-vjolenza domestika,  u issa d-Drittijiet Umani.  

Id-Drittijiet tal-Bniedem huwa l-isem il-ġdid tal-ġustizzja u l-liberta’.  

Riflessjoni oħra tal- aħħar elezzjonijiet kienet ir-rwol ta’ Zaren Bonnici tal-Ajkla. Spiċċa b’elf u tlett mitt vot…riżultat rispettabli meta tqis l-istorja ta’ Zaren u l-Ajkla tiegħu.

Ġieli nkun għaddej waqt ‘meeting’ tiegħu. Ma jkollu lil ħadd quddiemu imma xorta jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun. Mhux biss għax kapaċi jkisser mit-tensjoni politika li ġieli titla’ għar-ras imma wkoll għax qed iwassal messaġġ. 

Il-politika Maltija dejjem għandha bżonn ta’ Zarenijiet u tal-Ajkli.  


Minn dawn l-elezzjonijiet ħarġet il-lezzjoni kif l-Ewropa, jekk tibqa’ bil-politika t’issa qed issir dejjem iżjed irrelevanti għal ħtiġiet taċ-ċittadini. L-awsterita’ ġabet magħha problemi enormi mhux biss għan-nies komuni imma għal gvernijiet ukoll, il-ftehim neo-liberali mal-Amerika (it-TTIP), l-atteġġjament imperjalist fil-politika barranija u l-ħsara lill-ambjent huma temi li Ewropa Ġdida trid tieħu wisq iżjed bis-serjetà’ milli għamlet s’issa.  

Matteo Renzi fl-Italja, Joseph Muscat f’Malta huma tnejn minn bosta politiċi ġodda li ser jibnu l-“EWROPA SOĊJALI "li tant nisimgħu biha imma ma tantx naraw.  

It-telfa tal-PN nittama li ma sserviex biex il-Gvern ikollu membri li f’ismu tikbrilhom rashom u jibdew iħarsu lejn in-nies bħala oġġett li tużah u tarmih. Iva, hemm tendenza li meta tirbaħ elezzjoni waħda wara l-oħra tibni madwarek klassi diriġenti li jaħsbu li għandhom il-monopolju tal-verità’ jew li ser jibqgħu imexxu huma għal dejjem.  

Ir-rota dejjem iddur: min hu fuq illum, jispiċċa fl-art għada. Din hija l-liġi tad-Demokrazija.  

Il-politiku supperv, li minn dejjem kien u minn dejjem jibqa', jagħmel ħafna ħsara lill-partit li jidher li qed jitkellem f’ismu.  

Kull partit, kull Gvern, irid ikollu makkinarju intern biex dawn in-nies ‘potenti’, li fil-fatt huma ‘impotenti’, jiġu kontrollati mill-ewwel għax inkella n-nies, bħalma huwa ġust, tikkontrollahom hi bil-vot tagħhom. Ir-rispett trid tiksbu u mhux jagħtihulek il-poter. Anzi l-poter, ħafna drabi, jservi biex jikkorrompi lill-politiku li tant ikun mitluf fil-poter li l-anqas biss jinduna kemm qed ikun arroganti u skifuż.  



1 JUNE 2014

Fr Colin's Podcast - JEKK THARES 'L FUQ MHIX SER ISSIBHA L-GENNA - Ghaliex l-Orjentali Jinkinaw Lil Xulxin?





Download Link..Right Click Save as


Saturday 31 May 2014

LIFE BEGINS AT 40…. (FR COLIN APAP, jaqsam magħna xi jfissru dawn l-Erbgħin Sena bħala Saċerdot Malti… )


Life begins at 40…allura din is-sena, l-2014, jiena qed niċċelebra l-Ewwel Sena minn ħajti; m’għandix dubbju li hu birthday uniku u speċjali. 

Ser ikolli wkoll il-“Quċċija”u l-ġenituri tiegħi, nanniet u razza u radika kollha poġġewli affarijiet reliġjużi biex nimxi fuq idejja u saqajja, nitkaxkar, biex nagħżel xi haga li tleqq, bejn flus, pinna u arloġġi ser nagħżel Kurċifiss jew Kuruna tar-Rużarju!

Kienu s-27 ta’ Lulju ta’ erbgħin (40) sena ilu meta mitfugħin ma’ l-art, rasna ‘l isfel, ħamsin (50) saċerdot flimkien, ġejna ordnati saċerdoti għal okkażjoni tal-ħamsin (50) sena ta’ l-Arċisqof Mikiel Gonzi  bħala Isqof ta’ Malta. 

Kienet okkażjoni unika u storika għax konvint li qatt mhu ser tirrepeti oħra bħalha: 50 saċerdot għal 50 sena ta’ Isqof! 

Wara tmien (8) snin studji l-Università’ ta’ Malta u s-Seminarju kont naħseb li, kif jgħidu xi wħud, “Introibo ad altare Dei, addio libri miei”. Ix-xhur ta’ qabel is-sajf kienu dejjem marbuta ma’ eżamijiet u eżamijiet - sa minn meta bdejt immur l-iskola primarja, bil-bagalja tal-kartun ikbar minni, fl-Iskola tal-Floriana.  

Kont naħseb li wara tant studju,  issa nista’ nirrilassa u ngħaddi s-Sajf taħt xi tinda tax-xemx fix-Xemxija jew fuq xi ‘yacht’ ta’ xi ħabib nixxemmex u nsir bħal lobster.  

Hekk kif qaddist il-‘prima messa,  bdejt studju ieħor, dak tal-hajja, tar-rejalta’. L-eżamijiet f’din l-“università’ tal-ħajja”  kienu wisq iżjed diffiċli mill-filosofija u t-teoloġija. L-ewwel ‘eżami’ li kelli kien mal-Moviment ta’ Kana. Biex għallmuni , kienu jagħtuni l-iktar każijiet diffiċli ta’ żwieġ, relazzjonijiet falluti u affarijiet li qabel il-professur tal-morali kien jgħidhomlna minn fuq il-kotba. Il- ħajja hija xi ħaġa oħra.  - Altru l-bank tal-iskola u altru l-bank tal-ħajja.  

L-ewwel IVA tiegħi lil Alla kienet sabiħa, challenging, b’ħarsa ‘l quddiem ta’ min qed joħlom u jaf li qed joħlom u jaf x’għandu jagħmel biex jilħaq il-quċċata. Imma dan Alla li Huwa Mħabba hu Alla ġeluz -  u mhux kuntent bl-ewwel IVA li tajtu. Moħbija wara l-ewwel IVA lil Alla kien hemm katina sħiħa ta’ ġrajjiet li qatt ma bsart li ser ngħaddi minnhom. 

Erbgħin sena ta’ ferħ u niket, ta’ ‘suċċess’ u ‘falliment’, ta’ ħbiberiji sinċieri li jibqgħu dejjem f’qalbi u f’moħħi – imma wkoll esperjenzi qarsa tal-hajja bħal tradimenti, ‘back-stabbing’ u ipokresija. Propju bħal kull sejħa oħra tal-hajja: tgħaddi mill-estasi tas-sabiħ u mħabba vera u mill-istallel tal-hajja minn dawk li qatt ma tobsorha li ser jitrattawk hekk.  


Illum wara 40 sena saċerdot, inħares lura u nsaqsi jekk għandix nirrepeti IVA oħra ILLUM, fil-‘here and now’, fir-rejalta’ tal-mument preżent.  Jgħaddu minn quddiemi purċissjoni ta’ nies u ġrajjiet… u nsaqsi jekk hux ‘worth it’. It-tweġibiet, għalija, mhumiex faċli.  

Is-sabiħ tal-ħajja jiddependi mir-relazzjonijiet li nibni matul ħajti. Huma dawn ir-relazzjonijiet li juruni kemm Alla tas-Sorpriżi jkellimni permezz ta’ nies u ċirkustanzi. Dil-purċissjoni ta’ nies mill-Filippini sa Frascati, minn Ruma sa Tirana (Albania), minn Abuja (Nigeria) sa Nairobi (Kenya), minn New York sa Londra…u nirringrazzja lil Alla Li Hu Imħabba għal kull persuna li taghieli b’rigal. Anki, probabbilment iktar, għal dawk li ġegħluni nsofri waqt li qed jaħsbu li qed jagħmlu tajjeb.  

Is-saċerdozju, bħal kull sejħa oħra tal-hajja, mhux romantiċiżmu jew pessimiżmu. Kull saċerdot, bħal Kristu, irid jitgħallem jgħix ‘komdu’ fuq is-Salib għax wara s-Salib, u permezz tiegħu, jara z-żerriegħa li tmut li tagħti l-hajja u l-hajja bil-bosta.  

Sunday 25 May 2014

STEJJER STRAORDINARJI TA’ NIES ORDINARJI


Tistagħgeb kif il-ħajja hija mimlija sorpriżi. “Alla tas-Sorpriżi” ma jieqaf qatt jissorprendini kemm hi sabiħa l-ħajja u kif l-ikbar rigal li jista’ jagħtini huma n-nies li jlaqqagħni magħhom. Jiġu ta’ kull forma u piz: min abjad, min iswed; min twil u min qasir; min tond u min kwadru… kollha tad-demm u l-laħam, kollha bl-istorja tagħhom. Kull persuna li niltaqa’ magħha niskopri STORJA UNIKA.

Monday 19 May 2014

IDAHO

Conchita Wurst
L-istorja ta’ CONCHITA li rebhet il-Eurovision 2014 tqajjem hafna diskussjonijiet li ma nistghux nibqghu ninjorawhom. 

Nistghu indahhlu rasna fir-ramel biex ma narawhomx; qieshom kienu xi fatati; ninjorawhom. Bhal, f’certi pajjizi, jghidu li m’ghadhomx omosesswali. Hekk ukoll hawn min jghid li dawn it-transgender ma jezistux imma jilbsu u jagixxu b’mod biex jitkesshu u ghax-‘show’.

Percentwal zghir tal-popolazzjoni ta’ kull pajjiz u ta’ kull kultura jitwieldu b’identita’ sesswali ambigwa.

Thursday 15 May 2014

Ittra Miftuha lill-Isqfijiet – ‘The Sequel’



L-artiklu tal-Hadd li ghadda “Ittra Miftuha lill-Isqfijiet” qajjem rejazzjonijiet immedjati. Ifisser li kien hemm bzonn li xi mdaqqiet nieqfu u nghidu “daqshekk!”.

 Dizgrazzjatament, xi  mdaqqiet, trid taghmel bhat-tfal iz-zghar li biex jigbdu l-attenzjoni tal-genituri mitlufa fix-xoghol iridu jibku, ihabbtu saqajhom, ma jaghmlux il-‘homework’ u ma jobdux mhux ghax ma jhobbux il-genituri anzi ghax ihobbuhom u jridu l-attenzjoni u l-approvazzjoni taghhom.

Xi mdaqqiet genitur ikun wisq mhedi fuq affarijiet “importanti” li m’ghandux hin biex ‘jahli’ ma’ uliedu.