“Il-Papa Twajjeb”, Gwanni XXIII u l-Papa “atleta ta’ Kristu” Gwanni Pawlu II, ser ikunu dikjarati qaddisin fi Pjazza San Pietru, Ruma, illum il-Hadd. Huma zewg Papiet differenti hafna minn xulxin. It-tnejn ghandhom il-pregji u d-difetti taghhom. Min kiteb l-istorja ta’ hajjithom wera car u tond il-kwalitajiet tajba u inqas tajba u hziena li kellhom. Kienu nies normali li ghamlu ghazla f’hajjithom. Din l-ghazla m’ghamluhiex ghax kienu qaddisin imma ghax kienu tad-demm u l-laham, bhali u bhalek, u biex ghamluha, din l-ghazla, kellhom jaffrontaw il-vulnerabilta’ taghhom u d-dghjufija taghhom.
U propju ghax huma hekk li l-Knisja Kattolika tiddikjarahom qaddisin. “Qaddisin” tfisser li huma persuni normali li ppruvaw ipoggu lil Alla l-ewwel f’hajjithom u jservuH fil-mument present.
Hu ghalhekk li l-Knisja Kattolika tippropohielna dawn iz-zewg Papiet bhala mudelli taghna.
Mhix il-Knisja li taghmilhom qaddisin.
Il-Knisja tiddikjara dak li hemm diga’.
Il-Knisja tipprezentahomlna bhal “role models” biex kif, minkejja d-difetti u d-dnubiet li kellhom bhala bnedmin bhalna, nistghu nimitawhom fl-isforzi li kellhom jaghmlu biex jilhqu l-Idejal li kull bniedem ta’ rieda tajba.
Anki Gwanni XXIII u Gwanni Pawlu II kellhom il-“bniedem il-qadim” fihom; anki huma kellhom jithabtu biex jieghlbu l-“bniedem il-qadim” u jsiru “bnedmin godda”.
Il-fatt li kienu Papiet hu sekondarju.
Anzi, bhal kull min ghandu l-poter, anki dak spiritwali, ghandu iktar it-tentazzjoni li juzah hazin.
U kellna Papiet li uzaw hazin il-poter li ghandhom.
Mhux kull Papa kellu l-kuragg li jirrinunzja ghall-Papat bhalma ghamel Benedittu XVI.
Jiena wiehed minn dawk li nammira hafna l-Papa Benedettu ghax fetah bibien godda fil-Knisja li jibqghu miftuha ghall-tibdil kontinwu li l-knisja trid tghaddi minnu biex tiggedded u twassal ahjar il-Kelma t’Alla.
Ghandna l-Papa Frangisku ghax il-Papa Benedettu warrab u fetahlu l-bibien biex iwettaq il-Koncilju Vatikan II. Kien hu li waqqaf ir-ristorazzjoni, l-arlogg lura, ta’ dawk li riedu li l-Knisja Kattolika tibqa’ marbuta mal-ghanqbut tal-imghoddi; ta’ dawk li jemmnu li biex twassal il-Vangelu llum trid tkun tradizzjonalista, u tipprezerva li “status quo” li tfisser “the mess we are in”.
Mons Pawl Cremona kiteb it-tezi tieghu fuq il-Papa Gwanni XXIII. Meta ltqajt mieghu dan l-ahhar beda jirrakontali kemm huwa ferhan li ser ikun prezenti f’Ruma biex igedded hsibijietu fuq dak li kiteb u studja dwaru. Kien jidher mimli entuzjazmu u mhabba ghat-tibdil li gab mieghu il-“Papa buono”.
Ghazlu lilu, anzjan u b’sahha fragli, biex ikun “Papa ta’ tranzizzjoni”, biex ma jaghmel xejn, ma jgib ebda tibdel, ma jcaqlaqx id-daghjsa ta’ Pietru u kulhadd jibqa’ komdu fuq is-siggu tas-‘servizz’ f’isem il-poter.
Imma l-Ispirtu s-Santu – u dawn huma provi li l-Ispirtu ghadu jahdem fil-Knisja tieghu – kellu pjanijiet ohra.
Kien Papa qiesu l-Missier tal-pittura famuza “The Return of the Prodigal Son” ta’ Rembrandt fil-Hermitage, St Petersburg, ir-Russja. Missier Hanin, mimli kompassjoni; mhux biss tajjeb u twajjeb imma wkoll, ghax ihobb, kien kapaci jaghti l-wicc uman tal-Knisja.
Il-bidu tal-Koncilju Vatikan II kien pass enormi biex igedded il-Knisja. Kieku ghal dan biss, il-Papa Gwanni XXII kien haqqu li jigi dikjarat qaddis. Kien minn dan il-Koncilju li l-Knisja ggeddet biex tkun gharusa sabiha ta’ Kristu.
Imma l-iktar li niftakar dwar il-Papa Gwanni XXIII kien id-diskors li qal minn fuq it-tieqa tal-Pjazza San Pietru. Iktar minn hamsin sena ta’ dak id-diskors storiku maghruf bhala “discorso della luna” fil-11 t’Ottubru 1962 f’eghluq l-ewwel jum tal-bidu tal-Koncilju Vatikan II. Benedittu XVI ghamel tieghu dan id-diskors u rrepetih:
Dan hu li qal il-Papa Roncalli, Gwanni XXIII bit-taljan (jaghti iktar sens storiku u uman bil-vuci tieghu:
"andate a casa e date un bacio ai bambini e dite che è del Papa"
“Morru d-dar u aghtu bewsa lit-tfal zghar taghkom u ghidulhom li din il-bewsa hija tal-Papa”
Bhal Ma rrimarka Mons Scicluna, l-Isqof Awziljarju, f’Seminar ta’ “Idejat”, fejn spjega kif din hija kanonizzazzjoni ta' żewġ personaġġi li huma parti mill-istorja u mill-patrimonju kulturali tal-pajjiż: Ġwanni XXIII bl-ewwel messaġġ radjufoniku dirett bil-lingwa Maltija fl-1960 u Papa Ġwanni Pawlu II bħala l-ewwel Papa li żarna u l-ewwel Papa li fl-2001 tagħna l-ewwel tliet beati Maltin.
Gwanni Pawlu II rebah il-qlub ta’ kulhadd ghal bosta snin. Kien pontifikat twil u halla impatt fuq il-Knisja u s-socjeta’.
Vatikanisti, dawk li huma ‘esperti’ fuq x’qed jigri fil-Vatikan u ghaliex, jghidu li ghalkemm Gwanni Pawlu II rebah il-qlub ta’ hafna bl-ispontanjeta’ tieghu imma fil-fatt ftit li xejn sar progress fuq diversi livelli ta’ tibdil tal-Knisja: l-ghaqda tal-knejjes, it-tharis ahjar tat-tfal etc
Imma l-iktar li nibqa’ niftakar il-Papa Gwanni Pawlu II huwa meta narah fit-Tieqa tal-Pjazza San Pietru, marid, ghajjien, qed jipprova jitkellem u ma jistax. Hija din ix-xena ta’ dulur, tbatija estrema, li minkejja t-tbatija li ma setax jitkellem, imma qed jipprova jwassal messagg, xorta wahda fis-silenzju tieghu qed jitkellem jghajjat.
Huwa fit-tbatija, fis-silenzju tas-sofferenza, li l-Papa Gwanni Pawlu II jibqa’ jkellimna anki ILLUM.
Il-Papa Frangesku qed jitkellem spiss dwar il-“profeti ppersegwitati fil-Knisja Kattolika stess” u imbghad jemfasizza l-bzonn tar-rijabiltazzjoni biex il-knisja ssir izjed awtentika.
Il-Papiet huma l-frott tal-istorja li ghexu fiha: il-frott tal-edukazzjoni u l-familja li trabbew fiha. Hija l-kultura dominanti ta’ madwarhom li tinfluwenzahom fil-vizjoni taghhom tal-hajja. Anki meta jsiru Papa jibqghu “ikkondizzjonati” b’dik il-kultura li trabbew fiha.
Mhemmx dubbju li Gwanni Pawlu II kien ‘ikkondizzjonat’ mir-rejalta’ pollakka: mahkuma mill-Komunizmu b’idejat repressivi biex tinzamm l-ordni pubblika.
Anki fil-Knisja Kattolika kien jipprova jiccentralizza kollox fil-Kurja Rumana. Kull dissens ma kienx ittollerat. Hemm dossier shih dwar kongregazzjonijiet, fundaturi, religjuzi, kjerici, u tejologi li gew ‘outcasts’ minhabba diskorshom jew kitbiethom li ma kienx idoqq tajjeb ma’ certi nies fil-Vatikan.
Iz-zewg Papiet jirraprezentaw it-tensjonijiet ta’ zmienhom: il-konflitt bejn KARIZMA u AWTORITA’, bejn il-Ligi u s-sensibilitajiet pastorali, bejn li zzomm l-ordni u d-dixxiplina jew thalli l-Ispirtu jahdem anki jekk ikun hemm riskju li ggib il-kaos.
Gwanni Pawlu II kien jirraprezenta l-Awtorita’ li ma tibzax twassal il-messagg taghha lid-dinja u r-religjonijiet ohra. Ta identita’ lill-Knisja quddiem il-‘barrani’.
Nostra Aetate, wiehed mid-dokumenti kontroversjali tal-Koncilju Vatikan II, wasslu biex jaghmel passi li hadd qablu ma ghamel: kien l-ewwel Papa li zar sinagoga Lhudija; l-ewwel li zar moskea. Talab mal-Isqof ta’ Canterburry u pprova jilhaq izjed lill-Ortodossi. Tlett darbiet stieden rapprezentanti ta’ knejjes ohra f’Assisi, l-Italja, anki jekk kien jaf li m’ghandux l-approvazzjoni ta’ dawk li jakkuzawh li baxxa l-Kattolicezmu ghal twemmin daqs u bhal ohrajn u mhux l-unicita’ tal-Kattolicezimu.
Attur tajjeb f’zoghzitu uza l-palk pubbliku biex jehodna fl-ibghad postijiet fejn qabel qatt ma resaq Papa Kattoliku. Gwanni Pawlu II kien Papa li jqanqal l-Isqfijiet li jorqdu quddiem l-ingustizzji madwarhom; kien jitkellem car u tond dwar id-differenza ta’ “dawk li ghandhom” u “dawk li m’ghandhomx” u juri car id-differenza u l-ingustizzja bejn in-North u s-South tad-dinja. Ma bezax jikkundanna lill-Amerikani fuq il-Gwerra fl-Iraq u fl-ingustizzji li segwew; kien kontra l-Kaptilizmu bla kontrolli u halla bosta mistaghgba li wara l-waqgha tal-Komunizmu kienu jahsbu li l-Knisja Kattolika ser thaddan il-Kapitalizmu.
Kien wiehed mill-fatturi li gab it-tmiem ta’ regimi komunisti li ma kienux jirrispettaw id-dinjita’ tal-bniedem.
Frazi li spiss kien jirrepeti kienet: ‘TIBZGHUX! TIBZGHUX!” “TIBZGHUX! TIBZGHUX!”
Huwa l-bizgha, hafna drabi, li jipparalizzana.
Anki meta sahhtu kienet hazina hafna u wasal fl-ahhar ta’ hajtu dan il-bniedem verament spiritwali u li jitlob hafna bl-istil ta’ hajtu stess jghidilna: TIBZGHAX!
John L. Allen Jr, vatikanista maghruf li ftit ilu halla ‘National Catholic Reporter’ biex mar f’gurnal iehor amerikan ikompli dak li beda fin-NCR jghid hekk fuq il-Papa Gwanni Pawlu II: “halla warajh l-ironija ta’ dinja iktar maghquda minhabba l-istil ta’ hajtu u l-wirt tieghu, imma Knisja Kattolika iktar maqsuma”.
Iccentra wisq il-poter fil-Vatikan u f’idejh; warrab nies ghorrief u profeti li m’ghogbuhx; ghalaq il-bibien ghal diskussjoni hielsa fil-Knisja b’certi temi l-anqas biss tista’ ssemihom qiesu ma jezistux: l-ordinazzjoni tan-nisa, ic-celibat tal-qassisin, etc
Matul is-26 sena u nofs li ghamel Papa, zmien verament twil ghall-Papat, gab tibdiliet kbar fil-Knisja Kattolika – xejn inqas milli ghazel isqfijiet li gie mdawwar b’nies li jahsbuha bhalu. Allen, normalment generuz hafna kif jitkellem dwar il-Knisja, jikteb li dawn l-isqfijiet kienu maghzula apposta bhala “gray men” iktar maghzula ghall-ortodossija taghhom milli ghat-tigdid pastorali.
Fi zmienu seta’ kien iktar attiv fejn jidhlu l-abbuz tat-tfal minn membri tal-Knisja Kattolika u hafna drabi ghalaq ghajn wahda biex ihalli lil xi isqfijiet iwarrbu qassis pedofilu minn parrocca ghal ohra minflok iwaqqfuh.
L-istorja ta’ Fr. Marcial Maciel Degollado, fundatur ta’ the Legion of Christ, kienet storja ta’ protezzjonizmu minn naha tal-Papa Gwanni II li ma taghmel unur lil hadd. Dal-qassis kien impoggi bhala mudell ta’ kif ghandu jgib ruhu qassis….
L-abbuzi finanzjarji, korruzzjoni, l-iskandli fi zmien Gwanni Pawlu II gieghlu l-Papa Benedittu XVI jirrizenja u gieghlu l-Kardinali stess jitkellmu fil-pubbliku dwar ir-riformi li bhalissa qed jaghmel il-Papa Frangisku; ghazlu lilu propju biex iwaqqaf dan il-haxxix hazin.
Meta ghandek Knisja li tiehu n-“nifs minn pulmun wiehed”, ghax twarrab ir-rejalta’ tan-nisa f’pozizzjoni ta’ awtorita’ fi hdanha, ifisser li din il-Knisja ghad trid taghmel iktar passi kuragguzi biex issir dak li Kristu jrid minnha.
Gwanni XXIII kien u jibqa’ maghruf ghal kelma wahda: AGGIORNAMENTO. Fetah it-twieqi u l-bibien tal-Knisja Kattolika li kienu qed izommu l-Knisja maghluqa fiha nnifisha. Gheleb lill-Profeti tad-Distruzzjoni li jibzghu li jcaqalqu d-dghajsa mhux ghax m’ghandhiex bzonn imma ghax jibzghu li jitilfu posthom fl-awtorita’.
Gwanni XXIII dam biss erbgha snin u nofs biss Papa. Imma f’dawk l-erbgha snin u nofs biddel il-Knisja ta’ Kristu. Beda l-Koncilju Vatikan II (1962-65) u dawk, bhali, li ghexu dawk iz-zminijiet nibqghu niftakruh bhala zmien ta’ Knisja hajja, fejn id-diskussjoni kienet libera, fejn kulhadd kien ihossu li ghandu kontribut ghall-knisja kattolika.
Kien dan il-Papa li hadha kontra dawk li kienu jaghlqu halq it-tejologi li jghidu li l-Knisja mhix socjeta’ perfetta u ghandha hija wkoll bzonn ta’ riforma.
Frazi li tolqotni hafna f’Gwanni XXIII hi din: “Ara kollox, taghtix kaz ta’ bosta affarijiet; ikkoregi ftit…."
Verament, zewg Papiet li komplew igeddu lill-Knisja ta’ Kristu biex jaghmluha iktar sabiha u iktar ghal qalb in-nies kif irid Kristu l-Fundatur taghha.
Illum qed nassistu ghall-kanonizzazzjoni ta’ zewg papiet….il-bierah assistejna ghall-kanonizazzjoni ta’ Charles de Foucauld…u ghada ser nassistu ghal dak ic-champion tad-Drittijiet Umani: Oscar Romero, l-isqof assassinat waqt li kien iqaddes, minhabba li kien jitkellem kontra l-gvern korrott ta’ San Salvador u l-pozizzjoni pubblika tieghu favur il-fqar….nistennew ftit iehor……
No comments:
Post a Comment