Sunday, 4 May 2014

ITTRA MIFTUHA LILL-ISQFIJIET


Ftit ilu ltqajt ma’ grupp ta’ sacerdoti shabi: id-diskors waqa’ fuq is-sitwazzjoni mwieghra tal-Knisja Maltija. Kulhadd qabel l-istess: hemm xi haga hazina fil-Knisja Maltija u ma tistax tibqa’ sejra hekk. Qed issir hafna hsara u qiesu hadd ma jrid jew ma jistax jaghmel xi haga. 

Dun Gorg Dalli kien kiteb ittra pubblika lill-Isqof Charles Scicluna li dehret f’gazzetta bl-ingliz hekk kif lahaq isqof gdid ta’ Malta. Dun Gorg wara li ferah lill-Isqof il-gdid ghar-respnsabbilta’ gdida tieghu imma wkoll urih, pubblikament, li l-hidma tieghu f’Malta mhux ser tkun facli. Anzi.


Dun Gorg Dalli
Ippruvajt infittxha din l-ittra pubblika imma minflok sibt intervista li dun Gorg ta lill-gurnal Malta Today. Fl-ahhar irnexxieli nsib il-website ta’ Dun Gorg Dalli fejn fiha, bl-ingliz, jistqarr x’jahseb li ser jghaddi minnu l-Isqof Scicluna. L-ittra tistghu taqrawha fuq http://dungorgdalli.info/?p=313 tat- 21 ta’ Jannar 2013.

Dun Gorg isejjah lill-Isqof “habib” – “dear friend”.
Ghax l-Isqof hekk ghandu jkun – habib. Imma meta tisma’ s-sacerdoti jitkellmu tirejalizza li hafna drabi l-isqof  flok habib ikun ‘l boghod mill-qalb u l-mohh ta’ dawk li jrid jahdem maghhom.Mons Charles Scicluna rebah il-qalb u l-mohh ta’ bosta li gew f’kuntatti mieghu. Jekk nghid li lahaq l-“expectattions’ kollha ta’ min ihobb il-Knisja  inkun qed nidhaq bija nnifsi. 

Imma konvint li matul il-ftit snin li ilu Isqof Awziljarju halla impatt pozittiv fuq bosta. Biex inkun sincier, ma nistax nghid li persuna li wettqet tant snin fil-Kurja Vatikana tkun daqshekk miftuha ghat-tibdil li hemm bzonn li jsir. Ma nistaghgibx li li mhux kulhadd ha gost bil-wasla tieghu hawn Malta. U nittama li hadd mhu qed ifixxklu fil-hidma tieghu. 

“Dear Friend” sejjahlu Dun Gorg.
Hekk ukoll isejjah lill-Isqof il-“Vademecum” ghas-sacerdoti li ghadu kif hareg. 
Mimli mimli kliem.Volum shih. Ftit li jaqrawh kollu. Ohrajn ma jaqrawh xejn.Min kellu l-kuragg u l-hin li jaqrah kollu sab li hu xoghol perfett – minn fuq l-iskrivanija. Affarijiet li ilna nisimghuhom is-snin, ghexieren ta’ snin. Li jonqos li dak li ilna nisimghu fuqu rridu narawh madwarna – li jsehh u mhux li niddiskutuh. Ma nahsibx li nkun qed nghid xi haga li hadd ma jaf: dejjaqtuna bid-diskussjonijiet u hela ta’ hin; irridu l-fatti. Xbajt niltaqa’ ma’ nies, impenjati sew fil-Knisja, u ma’ sacerdoti ‘mwegga’ u hadd ma jaghti kashom, imbezza’ li jaqalghuha fuq rashom, u li jigu mwarrba, u li ghazlu li joqoghdu kwieti biex ma jidhlux fi ‘trouble’. 

Ma nistghux nibqghu nitkellmu u nsibu lil min ma jridx jirregistra xejn minn dak li jinghad. Hemm differenza kbira bejn “hearing” u bejn “listening”. Ta’ l-ewwel hija biss tisma’ l-hsejjes, il-kliem, dak li wiehd jghid; daqslikieku tisma’ l-hsejjes tal-karozzi barra mit-tieqa. Imma ‘listening” tfisser ‘empatija’, issir haga wahda mal-ferh u n-niket tal-persuna quddiemek. Imma empatija tfisser ukoll li tqum u taghmel xi haga biex ittaffi t-tbatija tal-persuna quddiemek.

Hawn min joqtol lin-nies ghax hu goff, bla tattika, jghid il-“verita’”qiesu hu biss ghandu monopolju tal-verita’; qiesu juri l-awtorita’ tieghu billi jwegga’ u joqtol kull inizjattiva ta’ haddiehor. U hawn min joqtol lin-nies bil-mod il-mod, bit-tbissima, ‘killing me softly’ – imma xorta jkun qed joqtol. 

Dun Gorg, fil-blog tieghu, iqabbel lil Pietru li kien imexxi d-dghajsa wahdu, mal-appostli, sajjieda – u ma qabdu xejn. Ghax kienu marbuta ma’ xulxin u Kristu kien ghadu ma telax fuq id-dghajsa. Hekk kif tela’ kollox tbiddel: qabdu l-hut iktar milli qatt hasbu. Naqel ma’ Dun Gorg li l-lejalta’ taghna ghandha tkun biss lejn il-Fundatur tar-Religjon Nisranija – Huwa biss minn din il-lejalta’ inkondizzjonata li nistghu naraw il-frott f’Malta. Inkella nibqghu nohorgu “Vademecums” ad infinitum biex ikollna biex niddiskutu u nghaddu ftit zmien. Dun Gorg japrezza l-fatt li l-isqof il-gdid irid ikun qrib in-nies biex jinkuragixxi, ifejjaq u jfittex in-naghga l-mitlufa. Talbu biex ma jkunx “another Curia administrator” jew jispicca b’pompa jiccelbra f’Kattidrali, jilbes ilbies sabih, li Kristu jqabbel ma ‘ dawk li jghixu fil-palazzi u jahqru lin-nies. “Ghandna bizejjed minn dawn fil-knisja. Jiena cert li l-Knisja Maltija m’ghandhiex bzonn izjed minn dawn fi hdanha.  Kristu mar ifittex lin-nies biex jibni komunikazzjoni vera bejniethom u mhux biex ‘jisma’ u ma jaghmel xejn. 
Il-ligi kanonika u l-Kotba tal-Katekezmu huma hemm bhala kotba ta’ riferenza imma mhux biex nippriedkaw biss fuqhom. 

Carlo Maria Martini, S.J.
Id-dinja ghandha bzonn Gesu’. Mhux stutturi li johonqu l-bniedem. Jew strutturi ta' xi 200 sena ilu bhalma qal il-Kardinal Martini.
Li hu ‘statement’ qawwi hafna – specjalment meta gej minn Kardinal maghruf u mahbub ghas-sincerita’ tieghu u l-gherf tieghu kif kien imexxi l-ikbar Djocesi fl-Italja. Il-Kattidral ta’ Milan kien ikun imballat bin-nies jisimghuh ghax kienu jaraw fih bniedem genwin li hu qrib in-nies mhux biss bi tbissima imma wkoll li jaghmel tieghu l-weghghat tan-nies ta’ madwaru. In-nghag ghandhom bzonn id-dghajsa ta’ Pietru. Imma mhux minghajr Gesu’. Ghandhom bzonn dghajsa li fiha Gesu’ biex nistghu nitfghu x-xbiek u naqbdu l-hut.

Naghmel tieghi l-appell ta’ Dun Gorg Dalli: Dear friend, Jesus is counting on you. The Church in Malta is counting on you. Give us your life in Love. Jesus needs your best so that He can do the rest.

Darb’ohra ser nippublika ittra tieghi miftuha lill-isqfijiet. Nittama li hadd ma jghidli ‘ahsel il-hwejjeg mahmuga gewwa u mhux barra mill-erba’ hitan tal-Knisja”. Fil-fatt minkejja li ghamilt dan kemm-il darba xorta wahda l-affarijiet baqghu l-istess, ingorru minn taht l-ilsien biex ma nintnu ma’ hadd, anzi nidhqu lil xulxin, waqt li d-dghajsa ta’ Kristu hija vojta. 


TORCA 02 MAY 2014


No comments:

Post a Comment