Sunday, 6 January 2013

Fr Colin's Podcast - Epifanija: Magija jew Storja?


Download mp3 -Right Click Save link as..

2 comments:

  1. Epifanija, manifestazzjoni, tradizzjoni, kliem li jwassal ghal hafna tifsiriet. Ma niddibattix l-episodju tal-qawwa divina ta' Sidna Gesu Kristu bhal Iben Alla, imma hemm diversi punti mtappna bit-tradizzjoni li bhal speci donnhom dewmmu lill-Knisja Kattolika milli tifhem is-sinjali taz-zminijiet. Dak li llum forsi narawh esegerat f'religjonijiet ohra, bhala Kattolici kollha ghaddejna minnu. Ezempju klassiku: is-separazzjoni fil-lenti tas-socjeta' bejn ir-ragel u l-mara....ir-ragel jidhol fil-Knsija mill-bieb principali u joqghod ghalih, u l-mara mill-bieb sekondarji u toqghod ghalija. Dak iz-zmien ma trawwminx fil-kuncett ta' familja. Kien hemm bizibilju iehor ta' tradizzjonijiet, fosthom is-sawm, li ma tiekolx laham f'certi granet etc, li s-socjeta jew il-modernizmu wasslu biex il-Knisja trattab il-pozizjoni taghha. Illum ghandna sfidi godda: divorzju, unjoni civili bejn zewg umani ta' sess l-istess, trabi mahluqa fit-tubu, socjeta' inklussiva, fejn illum qed naraw il-wasla f'postna mhux biss ta' persuni barranin imma immigranti li b'disrispett ghandna nqieshom illegali. Dawn huma kollha sfidi li l-knisja ma tistax tinjorahom, illum il-pressjoni fuq il-familja hija kbira u ma niddejqux nghidu li ghandna eluf fostna li huma f'riskju ta' faqar. Min jichad dan jaghmel hekk ghal ghanijiet ulterjuri tieghu. X'inhija l-epifanija, manifestazzjoni li qed turina l-Knisja llum quddiem dan kollu. Kullhadd ghandu dritt ghal fehma tieghu, u zgur li hu difficli bhal bhal snin l-imghoddija ggib il-poplu ta' fehma jew twemmin wiehed bhal ma kien fl-imghoddi. Illum nippretendu knisja li timmanifesta ruhha fis-seba' beatudnijiet li wera fuq il-muntanja Sidna Gesu Kristu. Il-Knisja wara kollox hi daqstant semplici jekk tosserva dan u n-nisrani jsegwi s-sagramenti, il-benniena ta' socjeta' gusta. Il-bniedem jizbalja, jara wkoll l-affarijiet mil-lenti tieghu, imma Alla Divin hu hanin u qalilna fil-Vangelu kemm-il darba lest jahfer. Biss tajjeb li tghin ruhek biex Alla jghinek.

    ReplyDelete
  2. errata, mat-tieni daqqa t'ghajn ninnota li ridt nghid il-kmandamenti u mhux sagramenti, ghaliex hija l-kmandamenti huma l-kostituzzjoni ta' paci bejn il-bnedmin, fejn kulhadd jirrispetta d-drittijiet ta' xulxin.

    ReplyDelete