Nixtieq naqsam mieghek xi siltiet mid-djarju ta' Moscow, ir-Russja, fejn gejt ingedded l-esperjenza li ghamilt xi ghoxrin sena ilu.
Dal-gimghat li ilni Moska tghallimt xi tfisser tpoggi lil Alla qabel is-sacerdozju. Mhix facli li tkun qassis kattoliku f'pajjiz prattikament ateju u fejn il-Knisja ortodossa thares lejna b'suspett.
Qed nahdem hafna ma' qassis irlandiz li ilu hawn 22 sena - Fr Michael Ryan. Nitghallem hafna minn ghandu ghax ghandu perspettiva fuq l-Essenzjali tal-hajja u t-twemmin kattoliku. Kapaci jaghti l-identita' kattolika f'dak kollu li jaghmel u kapaci jzomm postu fejn tidhol il-Knisja Ortodossa u l-Istat. Il-Knisja u l-Istat saru prattikament haga wahda li jharsu l-interessi ta' xulxin. Qatt ma tisma' kritika mill-Knisja lejn l-Istat u dan minn naha tieghu qed jibni mijiet ta' Knejjes ortodossi f'kull post.
Hawn min jghid li l-Knisja Ortodossa saret qiesha wiehed mid-Dipartimenti tal-Gvern.
Rublev's Trinity |
Ghalkemm dan igib certi vantaggi, imma fil-fatt jeqred il-liberta' biex tghallem il-Vangelu b'mod shih.
Ovvjament trid tifhem dak li qed jigri fil-kuntest storiku ta' persekuzzjoni sistematika kontra l-knejjes specjalment kontra l-Knisja Ortodossa taht il-Komunizmu ateju.
Vizta tal-Papa fir-Russja naraha impossibli sakemm ma titbiddielx il-percezzjoni dwar ir-role tal-Papa u l-mod kif tmexxi l-Patrijarkat il-Knisja Ortodossa. Qiesu ma jonqoshom xejn u jistghu jghaddu minghajr Ruma.
Imma x-xewqa ta' Kristu mhix hekk.
Attendejt diversi liturgiji ortodossi u vespri ghand sorijiet ortodossi tal-klawsura. It-tul tac-cerimonji, l-ilbies, il-Knejjes vojta hlief ftit nisa anzjani jitkellmu wiehedhom.
Hu zball facli, li naghmel, li nara l-grajjiet t'hawnhekk bl-ghajnejn ta' kattoliku u tal-West.
L-istess grajja hi pprezentata totalment differenti mill-media tal-West u mill-Ahbarijiet hawnhekk. Dak li qed jigri fl-Ukrajina u s-sanzjonijiet huma zewg temi principali li ma temminx li qed nitkellmu fuq l-istess affarijiet. Hawnhekk Putin hu meqjus bhala eroj li qed jaghti dinjita' lir-Russja kontra l-arroganza tal-West.
Meta jkolli cans nara RT (Russia Today, li hafna ghandhom Malta wkoll), is-CNN, Euronews, TV5, Al Jazeera....u l-istess ahbar, l-istess filmat jaghtik stampa totalment differenti mir-rejalta'.
Ghalhekk importanti li nkunu kapaci nikkritikaw dak li nisimghu fl-ahbarijiet - kull stazzjon ghandu l-agenda tieghu u jipprezenta l-fatti skont min ihallas lill-gurnalisti.
Mhix kwistjonijiet ta' duttrina daqskemm Politika u poter.
Hawnhekk titghallem tmur ghall-essenzjal.
Hadt sehem f'dar privata f'maghmudija u grizma tal-morda.
Id-djar huma kollha l-istess zghar biex fix-xitwa jinzammu shan u fejn morna ghandhom kamra tas-sodda wahda li jorqdu erba' minn nies.
Id-djar jappartjenu ghall-Istat u l-Istat hu responsabbli ghall-'maintainence'.
Kulhadd ghandu dar u l-istat ihallas sew id-dawl, il-heating u l-affarijiet easenzjali bhal sahha etc Ghandhom 'purchasing power' iktar f'idejhom li hafna drabi jonfquhom fi hwejjeg fis-supermarkets numeruzi u forniti sew bhal tal-West.
It-tibdil li rajt hu enormi. M'inix hawn biex naghmel turizmu.
Imma bqajt impressjonat kif idejologija tista' tibni socjeta' shiha u li kollox tibda tarah b'dak in-nuccali idejologiku.
Moskow, fejn kont, ghandhom kollox kbir...Il-muzewijiet, il-metro, l-istatwi ghall-Patrija, juru l-kobor tal-imperu russu.
U bhal kull imperu jghaddi zmienu ukoll. Meta mort l-ewwel darba fil-Pjazza l-Hamra kien hemm purcissjoni ma tispicca qatt ta' nies biex jaraw il-gisem ibbalzmat ta' Lenin.
Din id-darba ma kien hemm hadd. Kienu qed jarmaw ghal xi military tatoo ta' kull sena.
In-nies imutu u jintesew....imma l-Idejali jibqghu.
No comments:
Post a Comment