Sunday, 8 June 2014

STEJJER TA’ ‘SULDATI TAL-AZZAR’

Storja Nru 1: Il-Mewt ta’ Suldat tal-Azzar



Il-Knisja Maltija hi obbligata, mil-ligi naturali u mill-Principju tal-Gustizzja li ma tibqax daqshekk passiva quddiem zewg fenomeni: l-abbuz tat-tfal minn ‘nies tal-Knisja’ u d-dfin f’art mhux konsagrata minhabba t-twemmin politiku taghhom. 

Fic-Cimiterju tal-Addolarata hemm parti msejjha b’ton dispregattiv “il-Mizbla”.  Fil-fatt mhix hekk u qatt ma kienet hekk. Imma l-percezzjoni tan-nies hija li  f’dik l-art mishuta jindifnu dawk li mietu, biex nuza l-espressjoni li regghet issemmiet fil-Kampanja Elettorali Ewropea, “is-suldati tal-azzar”. Dawn kienu nies komuni li l-uniku dnub mejjet li ghamlu kien ghax kienu jemmnu fil-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. 

Jiena kont ghadni zghir hafna biex nifhem ghaliex bniedem biex tikkastigah u tbezza’ lilu u lil familtu,  trid tidfnu f’”mizbla”, art mhux konsagrata. Huwa veru li trid tifhem dawn il-grajjiet fil-kuntest ta’ dlam li saru;is-sens ta’ intolleranza,  injoranza grassa, poter li ma jafx regoli u rispett ghad-dinjita’ tal-bniedem,  l-anqas ghal min hu mejjet. Il-glieda politiku-religjuza kienet ghajb ghal kull min ha sehem fiha – jiena wkoll, tifel zghir tal-Muzew, kienu jehduna mmorru nsaffru u nkantaw biex niddefendu lil Kristu u il-Knisja Tieghu minn halq dawk li l-ilpup li riedu jeqirduha.

Hawn min jghidli li dik hija storja antika, ahjar ma nsemmuhiex izjed; ninjorawha, qiesha qatt ma saret, u fil-fatt, il-generazzjoni tal-lum tigi taqa’ u tqum minn dik il-Glieda u l-vittmi li halliet – fuq zewg nahat.

Imma ma nistax nieqaf u nirrifletti meta dik il-generazzjoni ta’ dak iz-zmien illum, mimlijin bl-eta’, qed imutu jew waslu li jiccelebraw l-anniversarju taz-zwieg taghhom: 50 u 60 sena mizzewgin! Ezempju, dan, ta’ fedelta’ u sincerita’ li hu dawl ghal kull min jahseb li z-zwigijiet ma jkomplux sa 50 jew 60 sena….

Tlajt fuq is-sodda tal-mewt tieghu. Kien qed imut. Ma riedx jaf b’sagramenti jew qrar jew talb. Ma riedx jara sacerdot qabel ma jmut. Kien ‘suldat tal-azzar’. Il-memorji u r-rabja li kellu hafna snin ilu ghadhom hemm – anki fuq is-sodda tal-mewt. 

Ghajtuli l-familjari tieghu  biex inkellmu qabel ma jmut.  Spjegawli ghaliex ma jridx jisma’ b’qassisin jew sagramenti, jew il-“Grizma Tal-Ahhar”. Hallewni wahdu mieghu fil-kamra. Bil-kemm seta’ jitkellem u meta ghidtlu min jien tbissem u kien lest li jitkellem. 

Ta’ zaghzugh mimli idejali kien jimmilita fiz-Zghazagh Laburisti u kienu joholmu f’Malta iktar gusta, jiggieldu l-hafa’ li kien hawn, inaqqsu d-differenzi bejn Malti u Malti, u l-gid tan-nazzjon jitqassam b’mod iktar gust fost kulhadd. Kienu jirribellaw meta jaraw li klassi ta’ fuq tghaffeg lill-Klassi ta’ taht. Kienet gwerra idejologika – imma kienu jemmnu li l-‘glieda tal-klassi’ kienet inevitabbli biex iggib il-gustizzja. 

F ‘din il-glieda sab ruhu kontra l-“Knisja” u l-allejati politici taghha li kienu jwieznu lil xulxin. Min dak inhar sal-lum ma riedx jaf izjed bi Knisja u rema’ mal-ilma mahmug lit-tarbija b’kollox. Issa wasal biex imut.  Bil-kemm jista’ jiehu nifs. X’taghmel?

Tlajt fuq is-sodda l-kbira – kbira wisq ghal bniedem wahdu - li kien fiha. Qbadtlu idu, harist f’ghajnejh, u tlabtu skuza f’ismi u f’isem il-Knisja li tant wegghatu, lilu u lil kull min hu bhalu.  Laburisti genwini bhal dawn kienu jidfnuhom fil-Mizbla imma hallelin, qattiela, stupraturi ….jidfnuhom f’art ikkonsagrata! Qatt ma stajt nifhimha din, u l-anqas nipprova.

Niftakarha sew dik ix-xena: ragel anzjan, wahdu, bid-dmugh f’ghajnejh, mitfugh fuq is-sodda tal-mewt, jipprova jiehu n-nifs u jitkellem, jipprova jitkellem, kliem li wahda tifhem u l-ohra le….

Zammejtlu idejh il-hin kollu. 
Kien jaf li mhuwiex wahdu. 
Li hemm min ihobbu, jifhmu u jacettah kif inhu. 
Tkellimna. 
Miet f’idejja.

Bi tbissima fuq fommu ghax rega’ ltaqa’ ma’ dak Alla li Huwa Mhabba li jhobb lil-Laburisti wkoll, specjalment  jekk huma “Suldati tal-Azzar”.

Nohlom, li meta ssir quddiesa fl-art mhux konsagrata li issa giet miftuha ghall-pubbliku, ikun pass iehor ‘l quddiem ghar-rikonciljazzjoni mas-Suldati tal-Azzar u l-familjari taghhom. 

Imbaghad nibda nemmen li l-apologija li saret hi genwina. 

Storja Nru 2:  60 SENA ZWIEG TA’ SULDAT TAL-AZZAR IEHOR


Cemplitli l-mara u t-tfal tieghu. Riedu jaghmlu Quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla tas-60 sena miz-zwieg taghhom. Ma riedux jaghmlu biss xi ikla u jixorbu flimkien, imma riedu jghidu GRAZZI lil Alla ta’ uliedhom, tas-sahha li tahom u tal-ferh u n-niket,  li familja kbira ggib maghha. Staqsewni jekk nacettax li naghmlilhom quddiesa tal-anniversarju taz-zwieg taghhom. 

Qabel ma ftaht halqi qaluli:
“il-papa’ ma jridx quddies, ma jridx qassisin fil-festa, irid jaghmel biss ikla tal-familja kollha u hadd izjed”

Ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu, m’ahniex nitkellmu fuq tfal imma ragel anzjan u matur. 

Meta sar jaf x’ghidtilhom cempilli hu. Qalli  biex niltaqghu fil-Pjazza tal-Qawra ghax ried ikellimni personalment. Mort il-Hadd wara nofs inhar; fix-xemx tizreg. 

Tani lista ta’ ragunijiet ghax ma riedx jaghmel quddiesa; min xhiex ghadda minhabba t-twemmin politiku tieghu; x’’hard time’ tawh il-qassisin meta kien imur iqerr u kif kienu jwarrbuh waqt l-Ewwel Tqarbina ta’ uliedu u d-diffikultajiet li sab biex jghammidhom. 

Iddecieda li jitlaq kollox u lil kulhadd fil-Knisja Maltija. 

U min dak inhar ‘l hawn ma riedx jaf izjed b’sagramenti u knejjes. “Jien nitkellem ma’ Allla tieghi, bejni u bejnU…m’ghandi bzonn hadd fil-Knisja…kienu huma li warrbun u tghallimt li nghix minghajrhom”

Il-mara tieghu le.

Baqghet ‘fidila’, xorta wahda baqghet tmur knisja, tqerr u titqarben.  Irrispettat l-ghazla tar-ragel taghha ghal bosta snin. 

Imma issa li waslu biex jiccelebraw is-sittin sena miz-zwieg taghhom xtaqet li jaghmlu quddiesa, flimkien, biex igeddu l-IVA taghhom lil Alla quddiem sacerdot fi Knisja. Bhlama ghamlu 60 sena ilu. 

Imma r-ragel ma riedx. 

Qadt nisimghu l-hin kollu jirrakontali minn xhiex ghadda\ u kemm sofra minn idejn il-qassisin. 

Baqa’ jhares lejja. 

M’ghidtlu xejn. 

Qadt nisma’. Nisma’.

Wara talabni mmur id-dar tieghu li tinsab vicin fejn il-pjazza. Ried jaghti sorpriza lil martu.

Mort mieghu u ltqajt mal-mara…veru zzomm ruhha tajjeb u minkejja t-tikmix f’wiccha u l-artrite xorta wahda ghada mara verament sabiha.

Ma kienetx taf ghaliex gejt naraha. Xrobna flimkien u ma semmejt xejn. Hassejt li l-ahjar mod kif inhobb f’dak il-hin hu biss li nistenna, noqghod kwiet, nipprova nifhem u naghder. Tkellimna fuq it-tfal u l-holm li ghandha. 

Ma semmew xejn fuq quddiesa ghac-celebrazzjoni tas-60 sena. U jien ma semmejt xejn, l-anqas. 

Sellimtilhom, ghannaqthom u tlaqt ‘l barra….hekk kif kont diehel fil-Lift gie jwassalni r-ragel, is-suldat tal-Azzar. 

Baqa’ jhares lejjha qiesu qed jistenna li nghidlu xi haga. Irringrazzjajtu ta’ l-istedina. 

“Jekk verament thobb lil martek bhalma tghid, l-isbah rigal li tista’ taghtiha hi li tisma’ x’qed tghidlek, tirrispetta x-xewqa taghha u tara x’tista’ taghmel biex turiha li thobbha….Ciao!”

Ghaddew il-gimghat; cempluli uliedu; ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu. 

Hsibt li kien ‘hela’ ta’ hin….

Meta nircievi telefonata minn ghandi Is-Suldat tal-Azzar…
“Father Colin nixtieqek tigi ticcelebralna quddiesa ghas-60 sena anniversarju tat-tieg taghna….hu mod kif naghti rigal lil marti li tant tixtieq quddiesa….
Il-Hadd l-1 ta’ Gunju2014 fil-11:00 ta’ filghodu, f’kapella fin-Nord ta’ Malta, is-Suldat tal-Azzar ser jerga’ jaghmilha. 

Mill-gdid rebah il-gwerra. 

No comments:

Post a Comment