Full Feature interview ma’ Fr Colin Apap
Fr. Colin kif tiddeskrivi ħajtek u l-karattru tiegħek? X’valuri ghandek u x’vizjoni ghandek tal-Knisja? Min hu Fr Colin?
Nipprova nghix il-mument prezent...il-bierah seta’ kien ahjar jew aghar; ma nistax inbiddlu. Ghada ma jezistix. L-uniku mument li ghandi huwa ISSA. U f’dan il-mument prezent li nsib l-isfidi tal-hajja, l-iskoperta ta’ hbiberija vera, id-deluzjoni ta’ min nafda u b’ghemilu jew kliemu jitradixxi din il-fiducja... il-mument prezent jaghmilni ‘down to earth’, ISSA, rejalistiku. Nghix b’mod shih il-“here and now”!
Jiena tweldit ottimist; nara l-flixkun nofsu mimli u ninjora li hemm in-nofs l-iehor. Niddejjaq inkun pessimist. Kont nemmen li kulhadd hu sincier, ‘what you see is what you get’. Imma fil-fatt mhux hekk! Il-hajja u l-esperjenzi taghha ghallmuni niskopri li mhux kull min jidhaqli u jehodli b’idejja hu habib. L-“esperjenza”, fil-fatt, hi “l-isem li l-anzjani jaghtu lill-izbalji taghhom”! Fil-fatt nirrikonoxxi li ghamilt hafna zbalji.
Minkejja dawn l-esperjenzi ‘negattivi’ xorta nibqa’ nemmen fit-tjubija tal-bniedem; u li hadd ma jaghmel il-hazin ghax hu hazin imma ghax b’xi mod jew iehor dan il-hazin hu prrezentat lilu bhala tajjeb. Hadd ma jaghmel abort, per ezempju, biex joqtol lil xi hadd, imma ghax b’xi mod dan jiggustifikah b’argumenti li ghalih/a jaghmlu sens u pprezentati bhala tajbin.
Fejn nista’ nghid dejjem IVA – anki jekk imbaghad nissallab! Din l-intervista, per ezempju, giet wara xi edituri ohra u prezentaturi televizivi kkuntattjawni u ghidtilhom le – fil-fatt, ghidt LE ghax ghadni l-Kremlin, ir-Russja, u access ghall-internet ma kienx facli. Ippruvajt insegwi x’qed jigri f’Malta kemm nista’ – imma mhux dejjem irnexxieli u ghalhekk dan li qed nikteb irid jittiehed f’dan id-dawl.
It-twegibiet tieghi ma jwegbux b’mod shih ir-rejalta’ li qed tizviluppa f’Malta fejn jidhlu t-tigdid fil-Knisja Maltija. Kemm-il darba kelli t-tentazzjoni qawwija li nikteb fil-gazzetti, b’ismi, minn dak li kont qed nghaddi u ghaliex hafna qassisin ibatu fil-Knisja maltija. Minkejja l-istrutturi, li ma jahdmux, il-karba ta’ min ibati jibqa’ jbati; meta mhux ukoll iwahhlu fih! Nittama li dak li qed naqraw iservi ghal tigdid iktar tal-Knisja. Min ma jgeddidx, jitqammel.
Huwa biss iz-zmien li jaghtina parrir; jekk din il-karba pubblika sseviex biex isir it-tibdil mehtieg, jew, ghal kuntrarju, nibnu izjed hitan hoxnin u ninghalqu fil-kastell taghna. Facli li tinholoq “siege mentality, reaction” u flok isir gid issir iktar hsara. Is-silenzju, il-habi, in-nuqqas ta’ djalogu effettiv ikunu r-rizultati. Facli li naqghu ghat-tentazzjoni li niffurmaw “partiti”, dak kontra l-iehor, “ma’ Pawlu kontra Apollo”, “ma’ Pietru kontra Pawlu u Apollo” , “ahna u huma” u jekk jigri hekk, l-iktar li tbati hi l-kredibbilta’ taghna, il-verita’ li taghmilna hielsa.
Tista’ tkun kwistjoni ta’ kuxjenza.
Ta’ kulhadd, mhux naha wahda biss.
Ma nemminx li dak li ntqal dwar il-Knisja f’Malta hu frott ta’ suppervja personali jew agenda mohbija jew politikament partigjana. Il-qassisin li tkellmu pubblikament, jiena konvint, ghamluh ghax verament ihobbu lill-Knisja u jixtiequha li twettaq il-missjoni taghha ahjar. M’ghandix dubbju li wiehed jahsel hwejjeg il-familja fil-pubbliku hu rizultat ta’ bosta mezzi ohra li ma rnexxewx. L-imhabba lejn il-Knisja tizboq kull gibda politika partigjana li wiehed jista’ jkollu.
Ghad irrid niltaqa’ ma’ gurnalist jew qassis li hu newtrali politikament. Kulhadd ghandu l-agenda politika tieghu u jaghmel dan ghax konvint li dak hu l-ahjar ghall-pajjiz. Il-fatt li ghandek vizjoni politika tieghek ma jfissirx li ma tistax tkun oggettiv u titkellem b’mod oggettiv fuq grajjiet pajjizna. Il-qassisin li hargu ghonqhom u tkellmu car u tond – jista’ jkun li ghandhom il-konvinzjonijiet politici taghhom – imma iktar minn hekk, ghax ghandhom passjoni ghall-Knisja Maltija.
Meta kont qed naghmel il-Masters f’Leicester, UK, dwar Mass Media, il-professuri, konxji li kulhadd ghandu l-‘background’ tieghu, u ahna frott tal-edukazzjoni u l-kultura li trabbejna fiha, kienu jinsistu li qabel ma nipprezentaw il-“papers” taghna: “declare your bias”. Kulhadd ghandu l-“bias” tieghu u jkun hazin li wiehed jahseb li hu pur u vergni.
L-intenzjonijiet tal-bniedem hadd ma jafhom – hafna drabi, l-anqas il-bniedem innifsu. Hu Alla biss li jaf x’hemm fil-qalb tal-bniedem – u Huwa biss Alla li jista’ jiggudika x’hemm fil-qalb u l-mohh tal-bniedem.
Ghal min jemmen fid-dnub originali jaf x’hemm fil-qalb tal-bniedem: ambizzjoni, ghira, karrierizmu, nuqqas ta’ apprezzament ghall-iehor, “back stabbing”, dizrispett u gudizzju.
Pero’ nistghu niggudikaw ghemil il-persuni; il-protagonisti fil-knisja maltija, dawk barra mill-Knisja u dawk li huma ntelligenti bizzejjed li jahsbu - u jridu jahsbu - fuq il-Knijsa maltija, qieghdin taht il-lenti tal-gudizzju tal-pubbliku. Il-pubbliku mhux dejjem jaqbad dak li tkun ghidt u facli li jinterpreta dak li ghidt minn nuccali tieghu. Anzi gieli tibda ssaqsi jekk naqrawx l-istess malti jew ingliz!
Hu importantissimu ghat-tigdid tal-Knisja Maltija li jkun hemm diskussjoni hielsa, miftuha u b’sehem ta’ kull min ihoss li ghandu kontribut x’jaghti. Ma nahsibx li l-Knisja maltija kif inhi bhalissa, u kif ilha s-snin, qed tkun miftuha fejn kulhadd ihoss li ghandu postu u ghandu sehemu x’jaghti. Iva, m’ghandix dubbju, li hawn min, anki xi qassisin, li jibzghu jifthu halqhom ghax jibzghu li jkunu mwarrba u ttimbrati. U meta tkun ‘ittimbrat’ minn certi nies nista’ nizgurak li jrid ikun miraklu biex tohrog minn dik il-kaxxa mentali li uhud, ghal bosta ragunijiet, huma kuntenti li jpogguk u jhalluk maghluq f’dik il-‘frame of mind’. Issir theddida.
Fil-fatt kollox jiddependi x’vizjoni wiehed ghandu tal-Knisja. Min ghex il-Koncilju Vatikan II jaf x’dinamizmu, x’hajja, kien hawn fil-Knisja Kattolika. Kien zmien ta’ diskussjoni libera: fejn Kardinal kien ihossu liberu li ma jaqbilx pubblikament fuq dak li jghid Kardinal iehor. Kellna rivisti specjalizzati fejn imexxu ‘l quddiem l-vizjoni partikolari tal-knisja, direttament opposta ghal skola ohra ta’ hsieb. Niftakar fir-rivisti awtorevoli “Communio” u l-oppost taghha “Concilium”. Kardinal Ottaviani kien ihobb hafna lill-Knisja u kien izomm kemm jista’ kull tibdil li jigi propost. Imma dan kien jaghmlu ghax ihobb lill-Knisja u jiddefendi l-vizjoni li kellu tal-Knisja. Hadd m’ghandu monopolju tal-verita’ u l-interpretazzjoni taghha. Il-fedelta’ ghall-Fundatur tal-Kristjanezmu ghandu jkun l-ewwel u qabel kollox – ‘l fuq minn kull ligi maghmula jew miktuba mill-bnedmin. Il-Vangelu jizboq kull ligi kanonika u l-interpretazzjoni taghha.
Hafna drabi nhawwdu u nhalltu “Il-Kurja” mal-Knisja nnifisha. Il-Kurja mhix il-Knisja; nittama li qieghda tghin lill-istituzzjoni tal-Knisja biex tkun fidila ghal Gesu’ Kristu. Il-valuri ta’ Kristu huma dawk li rridu nsegwu u mhux istituzzjoni li hija biss mezz u mhux skop fih innifsu.
Ktibt band’ohra li n-Nies Tal-Kurja facli li jkunu kkritikati u msallba. Isiru “scapegoats” ta’ kull ma jmur hazin. Mhux ghax xi drabi ma jisthoqqilhomx din il-kritika, anki ghax bnew sotto-kultura ta’ nies dejjem l-istess, u ghal zmien twil, u ghalhekk difficli li tohrog milli tahseb “outside the box”. Imma jiena konvint li hadd minnhom mhu qieghed il-Kurja ghax ghazel hu. Konvint ukoll li l-maggoranza taghhom jixxenqu li jkomplu l-hidma pastorali fil-parrocci fejn hafna minnhom ikunu gejjin.
Anki jekk tbiddel in-nies kollha tal-Kurja ma jfissirx li ser ikollna Knisja iktar awtentika, kif iridha Gesu’.
Anki jekk tbiddel lill-Isqfijiet kollha ma jfisssirx li ser ikollna Knisja iktar awtentika, kif iridha Gesu’.
Il-bidla vera fil-Knisja maltija la tiddependi minn dawk Tal-Kurja, la mill-Isqfijiet imma minn kull wiehed u wahda minna.
- Matul l-aħħar ġimgħat smajna numru ta’ stejjer, inkluż f’din il-gazzetta, dwar skuntentizza fost il-membri tal-kleru. Int kuntent bis-sitwazzjoni preżenti?
Ma nafx jekk tafhiex dik l-Istorja tar-Rabbi.
Kien jitlob kuljum: Mulej, ghenni biex inbiddel lid-dinja.
Wara tant talb, izzewweg u kellu bosta tfal.
It-talba tieghu tbiddlet u beda jitlob hekk: Mulej, ghenni biex inbiddel lit-tfal tieghi.
L-ulied kibru wehedhom, immaturaw, u telqu mid-dar.
Issa r-Rabbi beda jitlob hekk: Mulej, ghenni nbiddel lill-mara tieghi.
Wara bosta snin issa beda jitlob biss din it-talba: Mulej, jekk joghgbok ghenni nbidell lili nnifsi!
Ftit ilu ktibt fin-Notes tal-Mobile tieghi biex inzommha dejjem quddiem ghajnejja: To be a good counsellor is to be an angry person.
Jekk il-Maltin (u l-Ghawdxin) jemmnu li ghandhom biex ikunu kuntenti bis-sitwazzjoni madwarhom allura veru nkunu poplu li qed jghix f’xi dinja ohra jew fil-Qamar. Ir-rabja hi karatteristika ta’ bniedem matur; ta’ poplu matur; ta’ qassisin normali.
Min ikun kuntent b’li “status quo” ikun jghix fil-qamar. “Status quo” tfisser “the mess we are in”. Tista’ fil-kuxjenza tkun kuntent?
Nittama li jien skuntent – imma wkoll seren. Jien m’inix Atlas li gejt fid-dinja biex nerfaghha jew inbiddilha.
Huwa tajjeb li tkun irrabjat. Anki Kristu rrabja.
Il-‘feelings’ taghna huma newtrali, la huma tajbin u l-anqas hziena. Jiddependi x’taghmel b’dawk il-feelings.
Hafna fil-Knisja jqisuha li mhix ‘business’ taghhom kif miexja l-Knisja. Ir-responsabbilta’ hi dejjem ta’ dawk Ta’ Fuq.
Ghadni kif rajt il-Vox Pop tal-Programm fuq l-MTV “Reporter”, li kont mistieden ghalih. Hafna bdew jghidu: “Mhux il-Papa jista’ jbiddel, mhux ahna” jew “L-Isqfijiet huma responsabbli, mhux ahna” etc
Din bhal dak il-passiggier li nduna li beda jaqbad il-gwienah tal-ajruplan li kien fuqu. Giet fuqu l-‘hostess’ u staqsietu ghaliex ma tkellimx qabel kif ra d-duhhan hiereg.
“Imma dan mhux l-ajruplan tieghi”, qalilha “allura ghaliex ghandi nhabbel rasi?”
Il-“Peter Principle” jghid li iktar ma titla’ ‘l fuq f’li skala tal-awtorita’ izjed issir inefficjenti. Sakemm qed tisforza biex tkompli tiela’ ‘l fuq sal-ahhar skaluna, taghmel mill-ahjar biex tirnexxi. Imma meta tkun ksibt is-“success” allura l-unika haga li jibqghalek hi biex izzomm postok hemm fuq. U facli li tibda tqies lil kull min tielgha s-sellum bhala rivali tieghek u ser jehodlok postok.
Sal-bierah hafna minn nies kienu jibzghu jifthu halqhom ghax jirrabjaw lis-“superjur” taghhom. Dan minn naha tieghu jghid kemm kulhadd hu liberu li jikkritakah, imma meta xi hadd jikritikah jibda jwarrbu bil-mod il-mod jekk mhux ukoll bl-iktar mod car u tond. Fil-fatt, kull wiehed u wahda minna, ahna, xi mdaqqiet, dak is-“superjur”.
L-awtorita’ tieghek ma tiksibhiex ghax int f’pozizzjoni ta’ awtorita’ imma trid tiksibha. Mhemm xejn awtomatiku. Ir-rispett trid tiksbu.
Shakespeare jghid: “To be hoist by their own petards”.
- Għaliex hemm dan il-biża kollu fost il-membri tal-kleru biex jitkellmu pubblikament? Veru li min jitkellem jaqlagħa?
Minn dak li qrajna fil-gazzetti u rajna fuq it-television dan l-ahhar, ma tantx jidher li hemm dal-biza’ kollu fost il-membri tal-kleru biex jitkellmu pubblikament. Hafna, ovvjament mhux kulhadd, tkellmu u semmghu lehinhom.
Hafna ohrajn, inqieshom il-maggoranza, tkellmu privatament u ppruvaw igibu l-bidla billi jitkellmu, isofru u jibqghu isofru. Fil-Knisja, anki dik Maltija, hemm ‘channels’ li tista’ twassal lehnek – imma hafna drabi dawn ic-‘channels’ mhumiex effettivi.
Ghadni qatt ma sibt, kemm ilni qassis, li xi hadd li jattendi kunsilli li hawn – u hafna ma jattendux – jew li jivvota – u hafna ma jivvutawx biex iwasslu messagg tal-frustrazzjonijiet taghhom - li jghidli kemm hu kuntent bix-xoghol li jsir f’dawn il-Kunsilli!
Imma dawn il-“protesti” siekta jibqghu siekta! Ghal bosta snin.
Ovvjament, min ikollu l-kuragg li jsemma’ lehnu jrid ikollu l-kuragg ukoll li jhallas il-prezz ta’ dak li jghid jew jaghmel. Naturalment ftit huma dawk li ghax huma profeti fil-Knisja lesti li jhallsu l-prezz.
Habib kbir tieghi qalli: sakemm tqajjem kuxjenza dwar il-hazin li hemm jibdew jghidulek ‘proset’ imma meta tqum u ssemma’ lehnek pubblikament issib ruhek wahdek, imsallab fuq is-Salib, wahdek.
Nahseb, f’xi kazi, ghandu ragun.
Ahna bnedmin u mhux kulhadd huwa eroj.
Jew profeta.
- Qed jissemma li hemm numru ta’ Kappillani li huma mistennija jiċċaqalqu minn post għall-ieħor fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, għaliex qed isir dan iċ-ċaqlieq kollu?
Ic-caqlieq u t-tibdil juri dinamizmu. Juri li l-parrocca mhix ‘one man show’. Juri li mhix propjeta’ privata ta’ xi kappillan jew b’xi titolu li ma nsibuhx fil-Vangelu ghax juri biss tentattiv miskin biex tiddistingwi lilek innifsek mill-ohrajn.
Hawn parrocci li meta l-qassisin imorru jqaddsu jridu jqaddsu b’ilbies differenti biex juru d-dinjita’ u s-sollennita’ taghhom, differenti mill-qassisin ‘ordinarji’. Hawn ohrajn, li jirrifjutaw l-ilbies differenti taghhom jew it-titoli.
Hawn xi kappillani li jahsbu li huma “feudal lords” u l-qassisin shabhom qieghdin hemm biex jaghmlu kull ma jridu huma. Jahsbu li l-parrocca ser tieqaf meta jitilqu huma. Kemm hawn parrocci li ma jezistix ‘Kunsill parrokjali’ jew ‘kunsill presbiterali’?
X’jigri jekk minflok ‘kappillan’ il-parrocca titmexxa minn lajk matur? U l-qassisin tal-parrocca jaghmlu dak li gew ikkonsagrati biex jaghmlu: is-sagramenti, izommu fuqhom ir-riha tan-nghag, etc?
Ghawdex biex issir qassis trid taghmel almenu sentejn barra mid-Djocesi. X’jigri jekk anki f’Malta l-qassisin kollha ssir haga naturali li twettaq hidma pastorali barra minn pajjizek?
Tinhass id-differenza bejn minn ghex fil-Knisja barra minn Malta u dawk li ma kellhomx l-opportunita’ li jahdmu fi djocesijiet ohra jew il-missjoni. Tinhass.
Jinghad li kien hemm seminarista li kien jobdi dejjem u dejjem jghid ‘iva’ lis-superjur tas-seminarju. Staqsewh shabu:’imma inti ghaliex dejjem ‘tobdi’. “Biex meta nsir kappillan imbaghad inkun naf kif il-parruccani ghandhom jobduni”!
Sar qassis u nduna li r-regoli tbiddlu!
Il-Papa Frangisku, li qed igib rivoluzzjoni siekta fil-Knisja, mhux il-Papa ta’ kull sacerdot. Ghemilu, il-mod li jilbes, il-mod li jitkellem, il-mod inklussiv, il-moghdrija lejn il-batut u l-marid, il-mod li jhares lejn l-omosesswali, id-drittijiet civili, id-drittijiet umani, id-divorzjati u dawk imbieghdin mill-Knisja – dawn kollha huma sfidi ghal min jaghmel omeliji kontra l-Musulmani, ikabbar il-firda bejn “ahna” u “huma” u jhajjar mill-gdid ghall-‘Krucjati’!
Facli li nharsu kif irid jitbiddel ‘ta’ fuqna’ imma difficli nindunaw li hawn minna li iktar mohhna fix-xinxilli, f’cerimonji, f’incensijiet, fil-mod klerikali li nilbsu, b’vizjoni tal-Knisja li zgur hi differenti minn dik tal-Papa Frangisku.
Parlament shih, Prim Ministri, Membri tal-Kabinett jitbiddlu wara erba’ snin. Jitghallmu ma jintrabtux mas-siggu tal-poter ghax wara certu zmien iridu jitilquh. Naf membri parlamentari li jhossuhom mitlufa ghax tilfu s-siggu jew gew mibdula. Meta l-kultura tal-bidla ssir normali, allura certa arroganza titnaqqas.
Jirrakontaw storja ta’ kappillan li kien konvint li hu l-mutur tal-parrocca. Sar kollox jiddependi minnu. Kulhadd irid jiehu permess minn ghandu biex isir xi bidla anki zghira. Kien jahdem 24/24 u 7/7 biex jizgura li l-parrocca timxi sew. Ma damx wisq li gie ‘exhausted’, ‘burnt-out’ u wasal f’ezawriment fiziku, psikologiku u morali. Tant kien mitluf fix-xoghol li l-anqas biss kellu hin jieqaf, jahseb u jara fejn hu sejjer. Fl-ahhar baghat ghalih l-Isqof u ‘gieghlu’ jieqaf u jiehu sena sabbatika. Il-Kappillan, bla nifs, ipprotesta u ghamillu sensiela shiha ta’ mistoqsijiet biex l-Isqof ibiddel fehemtu: “Imma min ser isolvi dak id-dejn li ghandna? Min ser jiehu hsieb li l-liturgija sssir kif suppost? Min ser jiehu hsieb il-katekizmu? Min ser jipprepara l-gharajjes ghaz-zwieg????”
L-Isqof baqa’ sod fi hsiebu u l-kappillan mar sena barra, ‘l boghod mill-parrocca.
Wara sena rega’ lura mistrieh, seren. Mar ghand l-Isqof u qallu: “Eccellenza, tista’ tghidli min kien li solva l-problemi kollha li kont qed inhabbat wicci maghhom?
“Meta tlaqt int, mahbub kappillan, il-problemi kollha li semmejt sparixxew”.
Ghandi nifhem li l-patrijiet ghandhom kultura ta’ bidla; kull patri jitbiddel u jaghmel esperjenza differenti f’kull rejalta’ tal-Kongregazzjoni tieghu. Il-bidla, dejjem ta’ sfida, imma tista’ tghin fit-tigdid tal-Bxara t-Tajba. Din il-kultura tal-bidla tghin biex ma nintrabtux izzejjed mal-pozizzjoni taghna u l-idejat taghna. Insiru iktar hielsa.
F’Malta l-‘ghidut’ huma parti mid-DNA maltija – u allura anki fin-nies tal-Knisja! Ftit ilu ltqajt ma’ mara fil-parrocca u bdiet issemmi ismijiet ta’ qassisin li ser jitbiddlu. Ghidtilha li ma nafx, sincerament. Imma meta jkun hemm kultura ta’ skiet, allura l-ispekulazzjonijiet jikbru. U jkollhom dejjem xintilla ta’ verita’. L-‘ghidut’ ikun hemm dejjem raguni ghalihom. Jista’ jkunu esagerati, mibdula, mhawwda imma dejjem ikollhom origini u storja.
- Veru li preżentement hemm kawtela kbira bejn l-Isqof t’Għawdex Mario Crech u l-Isqof Awżiljajrju Charles Scicluna? Għaliex din il-kawtela kollha?
Il-kawtela hija sinjal ta’ maturita’; ta’ rispett.
Meta kont zghir kont naqbad u nghid l-affarijiet kif jiguni f’rasi ghax kont nahseb li dik hi l-verita’ u l-konfrontazzjoni tista’ thalli l-gid. Biz-zmien tghallimt mod iehor.
Ir-Russja, fejn ghamilt esperjenza tal-Knisja hafna differenti minn dik taghna, hemm mija u hamsa u erbghin miljun. Il-Konferenza Episkopali tal-Knisja Kattolika fir-Russja hija ta’ erbgha isqfijiet. Il-Konferenza Episkopali ta’ Malta hija maghmulha minn tlett isqfijiet.
Qed nghixu f’kultura ta’ suspett. U facli li gurnalisti jaqghu f’din in-nasba.
Malta u Ghawdex huma zewg djocesijiet separati. Personalment nahseb li jkun ta’ gid ghal kulhadd li jkun hemm Djocesi wahda, seminarju wiehed, l-istess ghalliema etc
Hi hasra, per ezempju, li l-qassis Ghawdxi beda jircievi s-salarju tieghu fix-xahar mill-Kurja Ghawdxija biss ftit xhur ilu! Sa ftit snin ilu l-qassis kien jiddependi finanzjarjament mill-mama’ u l-papa’ tieghu. Kif tista’ tkun matur, indipendenti, allura?
- Ftit ilu, l-Isqof Mario Grech saħaq pubblikament li fil-Knisja hemm bżonn demm ġdid hekk kif hu qed jara ċertu telqa, għeja u nuqqas ta’ ħajja. Int ta’ l-istess ħsieb?
L-Isqof Mario Grech, qed jigi nnutat minn bosta, qed jiehu atteggjament u ‘image’ iktar pozittiva. Ghandi nifhem li dan hu wkoll dovut ghax qed idawwar madwaru nies b’vizjoni ta’ knisja iktar wiesgha mill-25,000 parrucan (daqs parrocca mdaqqsa f’Malta) li ghandu fid-Djocesi.
Li fhimt jien hu li l-Isqof Mario Grech qed jappella ghal “demm gdid” f’kull settur tal-Knisja Maltija.
Jista’ jkollok ‘demm gdid’ billi jkollok emoroggija. Anki dan igib demm gdid.
Ghandu ragun l-Isqof Grech li kull settur tal-Knisja ghandu bzonn ta’ injezzjoni ta’ demm gdid.
Inkunu qed nilludu ruhna jekk billi nbiddlu n-nies, ta’ taht fuq, inkunu qed neqirdu ‘ċertu telqa, għeja u nuqqas ta’ ħajja’.
Meta l-bidla ssir “minn fuq” hemm it-tendenza li ssib hafna oppozizzjoni siekta; tohloq il-klikek.
Il-kalifat tal-ISIS sab is-sahha tieghu meta l-Amerikani zarmaw l-armata Irakena u baghtuhom id-dar.
- L-Isqof Grech qal ukoll li t-tiġdid li hemm bżonn jista jitlaq minn fuq imma jekk isir hekk, jaf isib reżistenza. Iżid jgħid li t-tiġdid jista jitlaq ukoll minn isfel. Taħseb li ried jibgħat xi sinjal b’dan il-kliem mirqum?
Ghandna knisja maltija li hi knisja klerikali. Il-poter tal-kleru ghadu qawwi ghax il-poter jghejja lil min m’ghandux (Andreotti: il potere logora a chi non c’e’ l’ha).
Kieku flok izjed qassisin ikollna izjed ‘djakni permanenti’?
Jiena m’inix ‘a code breaker’ u ghalhekk ma nafx jekk hux veru “li ried jibgħat xi sinjal b’dan il-kliem mirqum”.
Facli hafna li l-“Bazi” trid li “Ta’ Fuq” jitbiddlu imma m’ahniex tant lesti li nitbiddlu ahna stess.
- Qal ukoll li l-Knisja għanda ċertu ċelebrazzjonijiet liturġiċi li aktar għandhom minn tat-teatru milli mill-esperjenza tas-sagru. X’tikkummenta?
X’hemm hazin fit-tejatru religjuz?
Staqsi lil kbar antiki griegi – Sophocles u Euripides.
Staqsi dwar il-“Morality Plays”, il-“Canterbury Tales” ta’ Chaucer; “The Story of the Rood”. It-tejatru nnifsu kien esperjenza religjuza.
Hafna kappillani, fosthom ta’ Wied il-Ghajn, jaghmlu uzu shih tat-tejatru religjuz, adattat ghall-udjenza.
Meta kont il-Filippini skoprejt kif il-missjunarji spanjoli wasslu l-Messagg tal-Vangelu permezz tat-tejatru religjuz. Fil-Gimgha l-Kbira l-Passjoni fil-Knisja kienet tejatru kbir religjuz fejn kulhadd fil-knisja jiehu sehem.
Il-liturgija meta hija tejatru religjuz hija xi haga hajja, partecipattiva.
Hafna mit-tejatru llum m’ghandux script li l-atturi jridu bil-fors jimxu fuqu. Il-kittieb jaghti l-ideja – u dawk li jiehdu sehem jizvilupawha skont it-talenti taghhom. B’hekk il-liturgija ssir izjed qrib l-ispirtu tal-liturgija milli lejn il-kelma bla hajja miktuba.
Il-Papa Benedettu XVI, wara z-zjara tieghu fl-Afrika, qal hekk dwar il-liturgija afrikana: “Ma jsegwux ir-regoli tal-Liturgija, imma fil-fatt huma hafna izjed vicin il-liturgija kattolika”!
- Kemm hi faċli li membru tal-Kleru jitlob li jkollu laqgħa privata mal-Arċisqof Pawl Cremona u li dawn il-laqgħat isiru? Hu minnu li ħafna drabi meta jintgħalbu dawn il-laqgħat, ir-risposta tkun li l-Arċisqof jinsab indispost minħabba raġunijiet ta’ saħħa?
Din mhix l-esperjenza tieghi. Kull darba li ridt inkellem lill-Arcisqof Pawlu Cremona dejjem laqghani u meta tlabt jien – anki meta kien indispost minhabba ragunijiet ta’ sahha. U matul din is-sena kellimtu hafna drabi.
L-Arcisqof Cremona, bhal kull bniedem, ghandu bosta difetti. Anzi, mhux l-ewwel darba, inhoss, li jghid ‘mea culpa’ meta r-responsabbilta’ hi iktar wiesgha.
Imma tinduna li qed jipprova jisimghek u jipprova jifhmek.
Niftakar meta konna s-Seminarju: wara xi laqgha mar-Rettur tas-Seminarju konna mmorru ferhanin ghand Patri Joseph Bernard SJ, mahbub, direttur spiritwali, u nghidulu li rnexxielna nkellmu lir-rettur u hriegna ferhanin.
Kien isaqsina: “dunque?” (“allura”?).
- Veru li jeżistu gruppi magħluqa ta’ qassisin li jikkomunikaw bejniethom permezz ta’ chat groups elettroniċi u perjodikament qed jiddiskutu t-tmexxija tal-Knisja?
L-Isqfijiet jinkoragixxu l-komunikazzjoni bejn il-qassisin. Inqiesha bhala normalissima li sacerdoti jiltqghu regolari, uhud kull gimgha, juzaw il-mezzzi ta’ komunikazzjoni moderni biex jikkomunikaw (facebook, twitter, chat rooms, sms, whatApp, skype, smart phones etc).
Hemm il-periklu li uhud, ghal kuntrarju, jinghalqu fihom infushom, jikkoncentraw biss fuq l-ghalqa taghhom u ma jafux x’qed jigri fil-knisja li jappartjenu ghaliha u li hi wkoll responsabbilta’ taghhom.
Ovvjament meta niltaqghu jew nitkellmu ma noqghodux nghidu biss kemm sejrin tajjeb l-affarijiet, jew fuq kemm hi shana jew bard, imma nghinu lil xulxin biex niffurmaw idejat bilancjati dwar kif miexja l-Knisja maltija li hi taghna lkoll!
- Hemm għidut li f’ċerti knejjes u parroċċi hemm irregolaritajiet finanzjarji li ilhom għaddejjin żmien twil u li qatt ma ttieħdet azzjoni . . . .
Il-qazba ma ccaqcaqx ghalxejn. Kulhadd ghandu dritt li jghid li jrid – imma kull min jghid li jrid irid ikun ragel li jissostanzja dak li jghid. Akkuzi generali u vagi jaghmlu biss hsara.
Il-qassis ma jigix mghallem bhala amministratur.
Imma l-fatt li uhud ma jafux jamministraw il-flus, l-anqas taghhom, ifisser li qed jaghmlu xi haga hazina; trid tigi ppruvata. Naf bosta nies li huma amministraturi hziena imma onesti u sincieri. Naf diversi kappillani li jhossuhom imwegga’ fuq dan.
- Mhu l-ebda sigriet li s-sitwazzjoni fil-knisja ilha snin sejra lura b’attendenza dejjem titnaqqar. X’inhu li qed iwassal dan id-diżinteress fost il-fidili lejn il-knisja?
Mhix konsolazzjoni, imma dal-fenominu tas-sekularizzazzjoni, b’attendenza li qed titnaqqar, id-dizinteress, hija sfida ghall-knejjes kollha imma wkoll ghall-Knisja Kattolika u anki ghall-Knisja Maltija.
Meta nitghallmu niddjalogaw mal-kultura post-Kristjana madwarna, nibdew naraw kemm hemm tajjeb u sabih barra mill-kaxxa mentali taghna. Kemm hemm nies li qed ifittxu lil Kristu – imma ntuhom istituzzjoni.
- Kif tħares lejn il-futur tal-knisja f’pajjiżna u x’għandu jkun ir-rwol prinċipali tal-knisja fiż-żminijiet tal-lum?
Knisja ta’ Kompassjoni, Moghdrija, ixxomm ir-riha tan-naghag taghha, inklussiva, rifugju tal-Batut u l-Fqir, Knisja tal-Fardal li taghmel l-Ghazla Fundamentali tal-Fqir, Knisja fejn id-diskussjoni hi libera u kulhadd hu mismugh, Knisja Tal-Midinbin, Knisja li taghmel taghha “il-ferh u n-niket tal-bnedmin li huma l-ferh u n-niket tal-Knisja”, Knisja ta’ Ferh u Tama.
Din hija s-sejha ta’ kull nisrani, ta’ kull qarrej ta’ ILLUM ....
Extracts of this interview were published on ILLUM on Sunday 31st August 2014
Extracts of this interview were published on ILLUM on Sunday 31st August 2014
No comments:
Post a Comment