Conchita Wurst |
L-istorja ta’ CONCHITA li rebhet
il-Eurovision 2014 tqajjem hafna diskussjonijiet li ma nistghux nibqghu
ninjorawhom.
Nistghu indahhlu rasna fir-ramel biex ma narawhomx; qieshom kienu
xi fatati; ninjorawhom. Bhal, f’certi pajjizi, jghidu li m’ghadhomx
omosesswali. Hekk ukoll hawn min jghid li dawn it-transgender ma jezistux imma
jilbsu u jagixxu b’mod biex jitkesshu u ghax-‘show’.
Percentwal zghir tal-popolazzjoni ta’ kull
pajjiz u ta’ kull kultura jitwieldu b’identita’ sesswali ambigwa.
Uhud iridu
jghixu f’gisem ta’ ragel imma fir-ruh taghhom ikunu mara. Uhud jghixu f’gisem
ta’ mara imma fil-psikologija taghhom ikunu ragel. S’issa dawn in-nies kienu meqjusa u mharsa
bhala ‘freaks’ tan-natura u tajbin biss biex inpogguhom f’xi Freak Show biex in-nies
kurjuzi jmorru jzuruhom qieshom annimali f’gagga. Imma s-socjeta’ qieghda titbiddel.
L-edukazzjoni qed isservi biex nibdew
inharsu lejn dawn il-minoranzi, zghar kemm huma zghar, anzi propju ghax huma
zghar, f’dawl tad-dinjita’ vera tal-bniedem. Inkunu qed nidhqu bina nfusna jekk
nahsbu li nistghu nittkellmu fuq id-dinjita’ tal-bniedem sa minn guf ommu u
niddiehqu jew inwarrbu anki persuna wahda li hi transgender.
Dil-gimgha kellna forum ta’ jumejn imtella’
mill-Ministeru tad-Djalogu Socjali u Libertajiet Civili fejn 17-il pajjiz
iffirmaw dikjarazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq bazi ta’ orjentament sesswali jew
l-identita’ tal-generu. Il-Gvern Malti u dak Svediz kienu dawk li hadu din
l-inizjattiva biex dan it-tieni Forum isir f’Malta.
Din id-Dikjarazzjoni torbot lill-pajjiz
firmatarji li jahdmu biex jadottaw ligijiet biex jiggieldu din
id-diskriminazzjoni, u jghaddu ligijiet biex itellghu l-Qorti lil kull min
iwettaq vjolenzi u jheggeg mibeghda fuq bnedmin ohra ghax huma ‘diversi’
mill-maggoranza tan-nies.
F’eghluq il-Forum, il-Ministru
tal-Libertajiet Civili, Dr Helena Dalli, stqarret:
“Harsu lejn il-bnedmin fil-potenzjal taghhom, u mhux kif jitwieldu, ghax hadd ma jaghzel kif jitwieled”
Kemm ghad irridu nahdmu biex noholqu
socjeta’ li nibdew nitrattaw lil xulxin mhux ghax inti ragel jew mara, abjad
jew iswed, straight jew transgender imma sempliciment ghax int bniedem.
Id-dinjita’ tal-bniedem tinsab go fih stess u mhux jakwistaha b’dak li jaghmel
jew ma jaghmilx.
Id-drittijiet tal-LGBTI qed jinghataw
spinta ‘l quddiem u din l-agenda qed naffrontawha u niddiskutuha. Anki llum ser
insibu dejjem xi whud li ma jridux li nitkellmu dwar LGBTI.
Imma meta ahna lkoll nieqfu u nuru rispett
lil xulxin ghax ahna bnedmin tad-demm u l-laham allura s-socjeta’ maltija ssir
izjed gusta. Hawn min jahseb li min ghandu l-fidi nisranija jhares
bl-ikrah lejn id-drittijiet tal-minoranzi.
Anzi, propju ghax nemmen, li niddikjara
pubblikament li nhares lejn id-drittijiet umani ta’ kulhadd u niggieled biex
dawn jitwettqu anki f’Malta. Jien nemmen fid-dinjita’ u d-drittijiet ta’
kulhadd, imma b’mod specjali ghal min hu f’minoranza.
Ovvjament biex tbiddel mentalita’ ta’ poplu
tiehu wisq izjed minn dikjarazzjoni mifthema f’laqgha internazzjonali. Imma dan
hu l-ewwel pass minn Mixja twila elf mil. Ghad jigi zmien meta nharsu lura u nindunaw
kif dawk li bdew iwettqu l-bidla
tas-socjeta’ kellhom ragun li hadu d-decizjonijiet anki jekk hallsu l-prezz,
anki politiku, ta’ dak li emmnu fih.
Torca 18 May 2014
No comments:
Post a Comment