L-artiklu tal-Hadd li ghadda “Ittra
Miftuha lill-Isqfijiet” qajjem rejazzjonijiet immedjati. Ifisser li
kien hemm bzonn li xi mdaqqiet nieqfu u nghidu “daqshekk!”.
Dizgrazzjatament, xi mdaqqiet, trid taghmel bhat-tfal iz-zghar li
biex jigbdu l-attenzjoni tal-genituri mitlufa fix-xoghol iridu jibku, ihabbtu
saqajhom, ma jaghmlux il-‘homework’ u ma jobdux mhux ghax ma jhobbux
il-genituri anzi ghax ihobbuhom u jridu l-attenzjoni u l-approvazzjoni taghhom.
Xi mdaqqiet genitur ikun wisq mhedi fuq
affarijiet “importanti” li m’ghandux hin biex ‘jahli’ ma’ uliedu.
Jibda jehodhom ‘for granted’ u sakemm
ghadhom zghar ikollhom bil-fors jibqghu isabbtu saqajhom u hadd ma jaghti
kazhom – anzi jekk il-genitur taqbizlu, malajr ipoggih f’rokna ta’ kamra,
jaghlaqlu halqu, u jekk jitniffes jibda jsawwtu jew bil-kliem jew, aghar,
bis-silenzju tieghu.
It-tfal iqiesu lill-genituri taghhom
bhala “significant others” fil-hajja taghhom. Waqt li ahna l-‘kbar’
(fl-eta’!) nistghu naffordjaw li ‘ninjoraw’ lil min qed ‘jikkawzalna’
t-tbatija, imma t-tfal, ghax ghadhom immaturi u zghar, ma jafux ‘jiddefendu’
lilhom infushom mill-indifferenza tal-genituri. U jmorru fil-kamra jibku u
jibnu mibeghda go fihom li iktar ‘l quddiem jisfugawha kontra kull awtorita’ li
tirraprezenta n-negligenza tal-genituri tieghu jew taghha.
Waqt li dan fit-tfal johloq problemi
psikologici li jridu jigu solvuti iktar ‘l quddiem – ghax inkella kull
relazzjoni li jippruvaw jibdew, tisfuma
fix-xejn – imma meta l-istess sfidi trid tiffaccjahom bhala adult facli, jekk
mhux imwiegba, li joholqu sens ta’ frustrazzjoni, sens ta’ qtiegh il-qalb. Meta
adult isib ruhu f’dan l-ilma, specjalment jekk dan l-ilma qieghed isir kroniku
allura jinholqu problem kbar psikologici, religjuzi, li jwasslu ghall-hsara
kemm fl-individwu u kemm f’dawk ta’ madwaru.
Araw l-istejjer ta’ bosta nisa li
idumu s-snin jghidu lir-ragel li ‘ma jistax ikun nibqghu sejrin hekk’,
‘iddejaqt’, ‘ghadni mieghek minhabba t-tfal, ghax ghadhom zghar, kif jikbru
nitilqek’ , u taghmel mill-ahjar li tista’ biex issalva z-zwieg u r-relazzjoni.
Imma fl-ahhar tixba’, ma tridx tibqa’ tbati – u titlaq. Hi esperjenza tieghi,
bhalma hi ta’ bosta, li meta mara tasal f’dan l-istadju imbaghad difficli mmens
biex terga’ lura, u tibda tghix hajja fejn issib il-felicita’ li rari kellha.
Hi r-rieda t’Alla li ahna nghixu liberi u mhux f’habs.
Frustrazzjoni li titwal, li qiesu
mhemmx soluzzjoni, teffetwa l-imgieba tal-individwu.
L-imgieba tal-adult meta jigi trattat
ghal zmien twil b’dan il-mod dejjem ikollha konsewengzi negattivi. Gieli din
l-imgieba tkun esterjorizzata meta jkollu l-kuragg jiffaccja u jifhem minn
xhiex ghaddej, imma, aghar, meta din l-imgieba tibqa’ msakkra gewwa u wiehed
jipretendi li kollox miexi sew.
Ghalhekk hawn min jidhol
f’dipressjoni; imur ghandi il-psikjatri u gieli jhossu tajjeb u gieli le. Jghix
hajtu jibla’ l-pilloli ghax il-gisem u l-mohh tal-bniedem jiflah jibla’ biss sa
certu limiti. Hawn min idum izjed u hawn min idum ftit.
Imbaghad jaghmel suwicidju.
U naghmlulu funeral.
Ovvjament il-Knisja mhix l-Isqfijiet
biss. Il-Knisja hija Ahna li Ahna l-Knisja.
Imma waqt li ahna, cittadini semplici
u ‘normali’, nistghu biss ingergru u niddispraw go fina, min hu fl-awtorita’
fil-Knisja Maltija, bhalma huma l-Isqfijiet, ma jistghux jipretendu li mhemmx
problemi jew aghar isallbu lil “whistleblower” jew “il-profeta”.
Ahna lkoll imsejhin biex inkunu
‘profeta’. Profeta huwa dak li msejjah minn Alla biex juri l-volonta’ t’Alla
lill-poplu, lir-rejiet u ‘l awtorita’. Hafna profeti ma riedux ikunu profeti.
Ippruvaw jaharbu. Bhalma ghamel Gona. Ghax kien jaf li twettaq ix-xoghol ta’
profeta jfisser li trid thallas prezz gholi – anki li titlef hajtek stess.
U peress li hadd minna, almenu jiena,
m’jien lest li nsir martri qabel iz-zmien (jekk hemm xi zmien biex tkun martri)
allura facli li nirrinunzja ghal dan ir-rwol.
Hafna drabi nies fl-awtorita’ - nies bil-poter ovvjament biex ‘iservu’,
ghandi nifhem lin-nies - ma jiehux gost
bil-profeti madwarhom. Ghax huma dawk li jigbdulhom l-attenzjoni ghal dawk
l-affarijiet li sejrin hazin u li huma stess, jew dawk ta’ madwarhom, jitfghu
taht it-tapit.
“IT-TLIETA MA’ FR COLIN”
Fil-Programm ta’ kull nhar ta’
Tlieta,“It-Tlieta ma’ Fr Colin” fuq One Radio, bejn l-10.00 pm
sa nofs il-lejl, it-Tlieta li ghaddew kien hemm diskussjoni shuna hafna dwar l-Ittra
Miftuha lill-Isqfijiet. Tista’
tisimghu mill-gdid ‘on demand’ fuq One Radio website.
Huwa car li mitt bniedem mitt fehma. Jiddependi
hafna kif inti qed tghix dik ir-rejalta’; kemm qed tolqtok fil-laham il-haj jew
tolqot lill-hbieb tieghek.
Tista’ tkun osservatur passiv: taqa’
u tqum minn kull problema/sfida li hawn
fil-Knisja Maltija ghax ma tinteressanix, ‘jaraw huma’, ‘ma rridx nidhol bejn il-basla
u qoxritha’, ‘ara jien x’ghala biebi minn dak li qed isir fil-Knisja Maltija’.
Tista’ tkun osservatur distakkat tal-hajja
madwarek allura dak li jigri, jew jinghad li jigri fil-Knisja Maltija,
tqiesu biss bhala fenomenu socjologiku ta’ rejalta’ maltija. Anki minn din
il-perspettiva huwa nteressanti li tiffaccja r-rejalta’; tistudjaha; tahseb
fuqha intelettwalment.
Tista’ thares lejn dak li jigri jew
ma jigrix fil-Knisja Maltija mill-ghajnejn ta’ idejologija religjuza jew
politika. L-istess grajjiet tinterpretahom f’dawl totalment differenti
minn haddiehor li ghandu vizjoni tal-hajja mhix idejologika.
“U hemm min ihares lejn dak kollu li jigri fil-Knisja Maltija bhala qiesu qed jigri fil-familja
tieghu stess. Gieli jaghlaq ghajnejh, gieli jirrabja, gieli jiskuza, gieli
jipprova jsolvi l-problemi, gieli jsir passiv u jaqta’ qalbu li l-bidla hi
possibli."
U hemm min ihares lejn dak kollu li
jigri fil-Knisja Maltija bhala qiesu qed jigri fil-familja tieghu
stess. Gieli jaghlaq ghajnejh, gieli jirrabja, gieli jiskuza, gieli
jipprova jsolvi l-problemi, gieli jsir passiv u jaqta’ qalbu li l-bidla hi
possibli.
Nistaghgeb, almenu xi ftit, jekk
ghadni nistaghgeb b’xi haga fil-hajja, kif l-istess grajja tista’ thares lejha
minn ghajnejn differenti. L-interpretazzjoni ta’ dak li qed jigri jkun
differenti.
Ovvjament hawn uhud li jichdu
r-rejalta’ u jibqghu f’mood ta’ denial.
Imma ohrajn, li qed ifittxu
genwinament il-verita’, u li jhossu li m’ghandhomx monopolju tal-verita’, facli
li jiffaccjaw nies, ukoll b’rieda tajba, li jhossuhom li jridu jiddefentu
l-“verita’” jew jiskuzaw dak li jkun ghaddej jew, aghar, - bhalma gara fil-kazijiet ta’ pedefolija minn
xi nies tal-Knisja, eluf, - niddefendi l-“istituzzjoni” u ninjora d-dnubiet u
l-kriminalita’ li qed titwettaq; ninjora l-vittmi u l-hsara ghal ghomorhom li
saret.
Bosta kienu l-kummenti u
r-rejazzjonijiet li rcevejt dwar ITTRA MIFTUHA LILL-ISQFIJIET. Uhud kienu ta’ nkuraggiment u ohrajn ta’
kritika.
Ha nibda minn dawk li kkritikaw.
Wegghuni mhux ghax ma qablux ma’ dak li ktibt – anzi dan itini iktar ic-cans li
naffronta l-vizjoni tieghi u nbiddilha jekk ikun hemm bzonn. Imma dawk li
jinsinwaw, jghajjru, jahsbu li huma biss ihobbu lill-Knisja jew huma lejali
ghall-Knisja. L-iktar li wegghuni kienu
dawk li jikklassifikaw lill-qassisin li jitkellmu bhala “klikka ta’ qassisin li
minflok jghinu lill-Isqof” ma jfihmux li l-kritika taghhom ghandha tkun
indirizzata lil dawk ta’ madwar l-Isqof li qed izommuh milli jwettaq dak li hu
gust u tajjeb.
Jew min semma affarijiet li nghidu
b’kunfidenza lil hbieb.
Jew min jitghajjar lil min jiftah
halqu bhala “zlejalta’”. Nista’
nizgurakom li l-qassisin li nitkellem maghhom mhumiex dawk li ghadhom hergien
mis-Seminarju li uhud minnhom ghandhom gejjieni li jridu jibnuh. Imma
sacerdoti, mimlija bl-eta’, u li l-lejalta’ taghhom lejn il-Knisja urewha matul
l-40, 50, 60 sena ta’ dedikazzjoni ghall-vokazzjoni taghhom. Huwa veru ngust li
wiehed jitkellem dwar ‘zlejalta’ fuq dawn il-qassisin, uhud minnhom mimlijin
bil-ghomor, imma li jzommu ruhhom aggornati ghax kienu, ghadhom u jibqghu
ihobbu lill-Knisja.
Dun Guzepp Borg Micallef, tal-Furjana, huwa mimli bil-ghomor,
qassis li dejjem kien vicin in-nies, izomm ruhu aggornatissmu, u kapaci jwassal
lil dawk li qatt ma jaqraw, jew jaqraw ftit, x’qed jigri ILLUM fil-Knisja. Jiena
konvint li Dun Guzepp hu profeta u jrid ihallas il-prezz ta’ profeta. Min jafu,
bhalma nafu jien, jixhed dwar il-lejalta’ assoluta lejn Gesu’ Kristu u l-Knisja
tieghu.
Nirringrazzja wkoll lil dawk li
wassluli kelma ta’ kuragg. Kienu bosta, anki sacerdoti, patrijiet, religjuzi,
irgiel u nisa, u professjonisti ohra. Nislet biss dawn it-tnejn li huma
sintomatici:
“I like it!!! it is very strong worded...but guess it is
needed too!!” (Toghgobni (L-Ittra Miftuha
lill-Isqfijiet)!!! Uzajt kliem li huwa b’sahhtu hafna ….imma, nahseb, li
hemm bzonnu wkoll!!!”
“Proset tal-artiklu tat-2 ta’
Mejju fit-Torca. Imma ippermettili
nikkoregik tikka….id-dghajsa ta’ Pietru
f’Malta qed teghreq fil-maltemp.
U hadd mhu jaghmel xejn.
Il-fottimenti flok (ghidtha bil-Malti, kif nitkellmu) li
hemm ghaddejjin huma kbar immens u tal-misthija.
Miraklu jrid ikun biex il-Knisja f’Malta ssalva.
Ma ghamiltiex share fuq facebook ghax malajr nircievi telefonata minn fuq….”
Il-lejalta’ tieghi hi lejn
Gesu’ Kristu u l-volonta’ tieghu. Iva, gieli jcempilli. Icempilli “minn Fuq”
permezz tan-nies u c-cirkostanzi. Qed nipprova nisimghu.
Colin Apap
No comments:
Post a Comment