Sunday, 8 June 2014

STEJJER TA’ ‘SULDATI TAL-AZZAR’

Storja Nru 1: Il-Mewt ta’ Suldat tal-Azzar



Il-Knisja Maltija hi obbligata, mil-ligi naturali u mill-Principju tal-Gustizzja li ma tibqax daqshekk passiva quddiem zewg fenomeni: l-abbuz tat-tfal minn ‘nies tal-Knisja’ u d-dfin f’art mhux konsagrata minhabba t-twemmin politiku taghhom. 

Fic-Cimiterju tal-Addolarata hemm parti msejjha b’ton dispregattiv “il-Mizbla”.  Fil-fatt mhix hekk u qatt ma kienet hekk. Imma l-percezzjoni tan-nies hija li  f’dik l-art mishuta jindifnu dawk li mietu, biex nuza l-espressjoni li regghet issemmiet fil-Kampanja Elettorali Ewropea, “is-suldati tal-azzar”. Dawn kienu nies komuni li l-uniku dnub mejjet li ghamlu kien ghax kienu jemmnu fil-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. 

Jiena kont ghadni zghir hafna biex nifhem ghaliex bniedem biex tikkastigah u tbezza’ lilu u lil familtu,  trid tidfnu f’”mizbla”, art mhux konsagrata. Huwa veru li trid tifhem dawn il-grajjiet fil-kuntest ta’ dlam li saru;is-sens ta’ intolleranza,  injoranza grassa, poter li ma jafx regoli u rispett ghad-dinjita’ tal-bniedem,  l-anqas ghal min hu mejjet. Il-glieda politiku-religjuza kienet ghajb ghal kull min ha sehem fiha – jiena wkoll, tifel zghir tal-Muzew, kienu jehduna mmorru nsaffru u nkantaw biex niddefendu lil Kristu u il-Knisja Tieghu minn halq dawk li l-ilpup li riedu jeqirduha.

Hawn min jghidli li dik hija storja antika, ahjar ma nsemmuhiex izjed; ninjorawha, qiesha qatt ma saret, u fil-fatt, il-generazzjoni tal-lum tigi taqa’ u tqum minn dik il-Glieda u l-vittmi li halliet – fuq zewg nahat.

Imma ma nistax nieqaf u nirrifletti meta dik il-generazzjoni ta’ dak iz-zmien illum, mimlijin bl-eta’, qed imutu jew waslu li jiccelebraw l-anniversarju taz-zwieg taghhom: 50 u 60 sena mizzewgin! Ezempju, dan, ta’ fedelta’ u sincerita’ li hu dawl ghal kull min jahseb li z-zwigijiet ma jkomplux sa 50 jew 60 sena….

Tlajt fuq is-sodda tal-mewt tieghu. Kien qed imut. Ma riedx jaf b’sagramenti jew qrar jew talb. Ma riedx jara sacerdot qabel ma jmut. Kien ‘suldat tal-azzar’. Il-memorji u r-rabja li kellu hafna snin ilu ghadhom hemm – anki fuq is-sodda tal-mewt. 

Ghajtuli l-familjari tieghu  biex inkellmu qabel ma jmut.  Spjegawli ghaliex ma jridx jisma’ b’qassisin jew sagramenti, jew il-“Grizma Tal-Ahhar”. Hallewni wahdu mieghu fil-kamra. Bil-kemm seta’ jitkellem u meta ghidtlu min jien tbissem u kien lest li jitkellem. 

Ta’ zaghzugh mimli idejali kien jimmilita fiz-Zghazagh Laburisti u kienu joholmu f’Malta iktar gusta, jiggieldu l-hafa’ li kien hawn, inaqqsu d-differenzi bejn Malti u Malti, u l-gid tan-nazzjon jitqassam b’mod iktar gust fost kulhadd. Kienu jirribellaw meta jaraw li klassi ta’ fuq tghaffeg lill-Klassi ta’ taht. Kienet gwerra idejologika – imma kienu jemmnu li l-‘glieda tal-klassi’ kienet inevitabbli biex iggib il-gustizzja. 

F ‘din il-glieda sab ruhu kontra l-“Knisja” u l-allejati politici taghha li kienu jwieznu lil xulxin. Min dak inhar sal-lum ma riedx jaf izjed bi Knisja u rema’ mal-ilma mahmug lit-tarbija b’kollox. Issa wasal biex imut.  Bil-kemm jista’ jiehu nifs. X’taghmel?

Tlajt fuq is-sodda l-kbira – kbira wisq ghal bniedem wahdu - li kien fiha. Qbadtlu idu, harist f’ghajnejh, u tlabtu skuza f’ismi u f’isem il-Knisja li tant wegghatu, lilu u lil kull min hu bhalu.  Laburisti genwini bhal dawn kienu jidfnuhom fil-Mizbla imma hallelin, qattiela, stupraturi ….jidfnuhom f’art ikkonsagrata! Qatt ma stajt nifhimha din, u l-anqas nipprova.

Niftakarha sew dik ix-xena: ragel anzjan, wahdu, bid-dmugh f’ghajnejh, mitfugh fuq is-sodda tal-mewt, jipprova jiehu n-nifs u jitkellem, jipprova jitkellem, kliem li wahda tifhem u l-ohra le….

Zammejtlu idejh il-hin kollu. 
Kien jaf li mhuwiex wahdu. 
Li hemm min ihobbu, jifhmu u jacettah kif inhu. 
Tkellimna. 
Miet f’idejja.

Bi tbissima fuq fommu ghax rega’ ltaqa’ ma’ dak Alla li Huwa Mhabba li jhobb lil-Laburisti wkoll, specjalment  jekk huma “Suldati tal-Azzar”.

Nohlom, li meta ssir quddiesa fl-art mhux konsagrata li issa giet miftuha ghall-pubbliku, ikun pass iehor ‘l quddiem ghar-rikonciljazzjoni mas-Suldati tal-Azzar u l-familjari taghhom. 

Imbaghad nibda nemmen li l-apologija li saret hi genwina. 

Storja Nru 2:  60 SENA ZWIEG TA’ SULDAT TAL-AZZAR IEHOR


Cemplitli l-mara u t-tfal tieghu. Riedu jaghmlu Quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla tas-60 sena miz-zwieg taghhom. Ma riedux jaghmlu biss xi ikla u jixorbu flimkien, imma riedu jghidu GRAZZI lil Alla ta’ uliedhom, tas-sahha li tahom u tal-ferh u n-niket,  li familja kbira ggib maghha. Staqsewni jekk nacettax li naghmlilhom quddiesa tal-anniversarju taz-zwieg taghhom. 

Qabel ma ftaht halqi qaluli:
“il-papa’ ma jridx quddies, ma jridx qassisin fil-festa, irid jaghmel biss ikla tal-familja kollha u hadd izjed”

Ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu, m’ahniex nitkellmu fuq tfal imma ragel anzjan u matur. 

Meta sar jaf x’ghidtilhom cempilli hu. Qalli  biex niltaqghu fil-Pjazza tal-Qawra ghax ried ikellimni personalment. Mort il-Hadd wara nofs inhar; fix-xemx tizreg. 

Tani lista ta’ ragunijiet ghax ma riedx jaghmel quddiesa; min xhiex ghadda minhabba t-twemmin politiku tieghu; x’’hard time’ tawh il-qassisin meta kien imur iqerr u kif kienu jwarrbuh waqt l-Ewwel Tqarbina ta’ uliedu u d-diffikultajiet li sab biex jghammidhom. 

Iddecieda li jitlaq kollox u lil kulhadd fil-Knisja Maltija. 

U min dak inhar ‘l hawn ma riedx jaf izjed b’sagramenti u knejjes. “Jien nitkellem ma’ Allla tieghi, bejni u bejnU…m’ghandi bzonn hadd fil-Knisja…kienu huma li warrbun u tghallimt li nghix minghajrhom”

Il-mara tieghu le.

Baqghet ‘fidila’, xorta wahda baqghet tmur knisja, tqerr u titqarben.  Irrispettat l-ghazla tar-ragel taghha ghal bosta snin. 

Imma issa li waslu biex jiccelebraw is-sittin sena miz-zwieg taghhom xtaqet li jaghmlu quddiesa, flimkien, biex igeddu l-IVA taghhom lil Alla quddiem sacerdot fi Knisja. Bhlama ghamlu 60 sena ilu. 

Imma r-ragel ma riedx. 

Qadt nisimghu l-hin kollu jirrakontali minn xhiex ghadda\ u kemm sofra minn idejn il-qassisin. 

Baqa’ jhares lejja. 

M’ghidtlu xejn. 

Qadt nisma’. Nisma’.

Wara talabni mmur id-dar tieghu li tinsab vicin fejn il-pjazza. Ried jaghti sorpriza lil martu.

Mort mieghu u ltqajt mal-mara…veru zzomm ruhha tajjeb u minkejja t-tikmix f’wiccha u l-artrite xorta wahda ghada mara verament sabiha.

Ma kienetx taf ghaliex gejt naraha. Xrobna flimkien u ma semmejt xejn. Hassejt li l-ahjar mod kif inhobb f’dak il-hin hu biss li nistenna, noqghod kwiet, nipprova nifhem u naghder. Tkellimna fuq it-tfal u l-holm li ghandha. 

Ma semmew xejn fuq quddiesa ghac-celebrazzjoni tas-60 sena. U jien ma semmejt xejn, l-anqas. 

Sellimtilhom, ghannaqthom u tlaqt ‘l barra….hekk kif kont diehel fil-Lift gie jwassalni r-ragel, is-suldat tal-Azzar. 

Baqa’ jhares lejjha qiesu qed jistenna li nghidlu xi haga. Irringrazzjajtu ta’ l-istedina. 

“Jekk verament thobb lil martek bhalma tghid, l-isbah rigal li tista’ taghtiha hi li tisma’ x’qed tghidlek, tirrispetta x-xewqa taghha u tara x’tista’ taghmel biex turiha li thobbha….Ciao!”

Ghaddew il-gimghat; cempluli uliedu; ghidtilhom li rridu nirrispettaw l-ghazla tieghu. 

Hsibt li kien ‘hela’ ta’ hin….

Meta nircievi telefonata minn ghandi Is-Suldat tal-Azzar…
“Father Colin nixtieqek tigi ticcelebralna quddiesa ghas-60 sena anniversarju tat-tieg taghna….hu mod kif naghti rigal lil marti li tant tixtieq quddiesa….
Il-Hadd l-1 ta’ Gunju2014 fil-11:00 ta’ filghodu, f’kapella fin-Nord ta’ Malta, is-Suldat tal-Azzar ser jerga’ jaghmilha. 

Mill-gdid rebah il-gwerra. 

Lejn Politika Koerenti dwar l-Immigrazzjoni

‘SCAPEGOAT’: IL-HARUF TAS-SAGRIFICCJU MALTI

“Scapegoat” hija terminu bl-ingliz li jirreferi ghal individwu jew grupp ta’ nies li jaqalghu fuqhom il-kastigi kollha f’isem il-poplu. “Il-Haruf ta’ Azazel” jaghmel parti mir-Ritwal Lhudi f’Yom Kippur. Ara l-Ktieb tal-Levitiku 16:8-10 fejn issib kif haruf simbolikament igorr id-dnubiet tal-Poplu Lhudi.

Studjuzi jahsbu li l-Haruf gie maghzul minn Lot biex Azazel jafer il-Poplu. Dan Azazel kien meqjus bhala Demonju tad-Dezert li imbaghad gie mitfugh minn precepizju barra minn Gerusalem biex jehles lin-nazzjon mid-dnubiet taghha.

Hi minn din l-istorja li l-Haruf gie maghzul biex ifisser grupp ta’ bnedmin jew individwu li jiehu fuqu l-htijiet ta’ haddiehor minkejja li huwa stess huwa innocenti. Li ssib innocenti li jigi maghzul biex ihallas ghad-dnubiet tal-poplu hija storja twila u hadet diversi forom. Diversi annimali kienu jigu ssagrifikati u anki annimali ohra barra l-Haruf.

Fil-Grecja Antika Haruf Uman kien jigi offrut lil allat biex inaqssu l-effett ta’ xi epidemija jew “act of god” iehor. Is-sagrificcju ta’ bniedem wiehed biex jipplaka r-rabja tal-allat kien meqjus bhala parti mill-kultura dominanti.

Min ra l-film Apocalypto (2006)kellu jassisti ghal xeni mill-iktar krudili ta’ sagrificcji ta’ bnedmin biex inehhu r-rabja tal-allat ghal ‘hazen’ tal-bnedmin.

Mel Gibson, id-Direttur, (Braveheart (1995); Passion of the Christ (2004), The Patriot (2000) jibrilla wkoll biex jiddiskrivi l-iktar xeni tad-demm u krudili li qatt ra li screen tas-cinema.



Ir-ritwal ta’ bnedmin offruti lil allat ma jhalli xejn ghall-immaginazzjoni: il-krudelta’ kif joqtlu lill-irgiel, jaqalghulhom qalbhom u juruha lil kulhadd waqt li qed l-folla taht it-tempju majestuz, icappcpu u jitolbu, u jilqghu ir-ras, il-qalb u l-gisem mejjet li jgerbeb minn fuq it-tarag twil tat-tempju Majan. Mel Gibson ha zball fil-film ghax ic-civilta’ li ried jirraprezenta fil-film mhix tal-Maya imma cerimonji ta’ Aztec.      

Hekk kif ic-civilta’ tal-Maya bdiet tispicca, il-mexxejja kienu konvinti li jekk jibnu izjed ‘knejjes’ u b’hekk jizguraw l-appogg tal-allat biex ic-civilta’ taghhom timxi ‘l quddiem. Waqt xeni ta’ dmija Jaguar Paw, iz-zaghzugh maqbud biex joffruh lil alla bhala sagrificcju, jirnexxielu jahrab u jsalva.

In-Nies tal-Grecja kienu jaghzlu ragel jew mara biex jissagrifikawk fil-Festa ta’ Thargelia. Wara li jorganizzaw festa, il-koppja kienet tigi mgieghla ddur l-irhula kollha, imsawwta waqt li ghaddejjin, imbaghad jitkeccew mill-Belt u xi mdaqqiet anki jhaggruhom.

B’dan il-mod il-Belt kienet tkun protetta mill-hazen jew l-ghajn il-hazina ghal sena ohra.


Ir-Rumani kellhom l-Festa ta’ Lupercalia fejn il-qassisin (imsejjha Luperci) kienu jigru mal-Belt kollha u jekk mara tigi moghtija daqqa mill-annimal issagrifikat, allura suppost li ma tibqax sterili u jista’ jkollha t-tfal!

Fil-bidu tal-Ligi Rumana kienet thalli li bniedem innocenti jista’ jaccetta li jhallas il-piena ta’ haddiehor, il-hati. L-Innocenti jigi msawwat, iflaggellat minflok il-hati.

Fil-Kristjanezimu hemm xi haga li tixbah lil din: meta nqiesu lil Gesu, Alla-Bniedem, li ghalkemm innocenti, hallas id-dnubiet taghna lkoll.

Matul iz-zminijiet minn dejjem kien hemm gruppi partikulari, gnus shah, li jservu ta’ ‘scapegoats’. Ghalkemm huma innocenti jigu ‘ttimbrati’ biex jaqilghu l-kastig huma minflok l-ohrajn.

Hitler kien juza bhala ‘scapegoat’ lil-Lhud u lill-Omosesswali biex iwahhal fihom ta’ dak kollu li hu hazin fit-Third Reich. Qatel minnhom xi sitt miljun Lhudi biex “inaddaf” l-Umanita’ u jaghmilha Razza Pura.


Illum hawn min juza bhala ‘scapegoat’ lis-Suwed, lill-Fqar, lill-Omosesswali, lill-Minoranzi, lil-Gypsies....nies vulnerabbli li s-Socjeta’ twarrabhom jew tobghodhom.

Huma ‘soft target’ ghal min irid iwahhal fihom ghal kull ma jmur hazin fl-ekonomija, l-ingustizzji li naraw madwarna, u l-bizgha enormi li noholqu biex noholquhom.





Sahansitra hawn min ipingi dak kollu li ghandu x’jaqsam mas-“Suwed” bhala l-kulur tal-mewt, tal-hazen, tal-bizgha. Sahansitra anki lil Lucifru, l-Kap tax-Xjaten, ipinguh iswed iswed. U min meta nkunu zghar idahhlulna f’rasna li kull min hu iswed hu tal-biza’.

Anki jekk l-iswed fil-moda jibqa’ dejjem modern u attrajenti (ovvjament skont min jilbsu!)

L-ahbarijiet li qed nisimghu kuljum dwar eluf ta’ regugjati li qed tiehu l-Italja huma sorprentendi; is-soltu ghadd gmielu minnhom jispiccaw Malta – imma issa, bhal f’miraklu, qed jispiccaw l-Italja – li ghandha izjed spazju u li mhemmx kontrolli fuq ‘fruntieri’. Minkejja li l-Italja hija pajjiz mimli nies bla xoghol, dawn ir-refugjati qed jinghataw kenn biex jibnu gejjieni ahjar ghalihom u ghal uliedhom.

Politika Nazzjonali dwar l-Immigrazzjoni trid tkun maqbula mill-forzi politici kollha. Hija haga nazzjonali u mhux ta’ Gvern jew Partit.  Minkejja dak li nisimghu fuq Schultz u Junker dwar l-immigrazzjoni ghad irridu naraw kemm dawn il-paroli jsarrfu fi programm elettorali tal-partiti li jirraprezentaw u s-27 membru tal-Unjoni Ewropea jerfghu flimkien il-piz difficli tal-immigrazzjoni.

Wara li sfruttajnihom permezz tal-konjalizazzjoni, sraqnihom u wahhalnilhom ma nafx kemm –il marda, nittama li din is-sena tkun ta’  ahbar tajba ghal gustizzja u l-ugwaljanza.

L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Imberkin dawk li jibku ghax ikunu mfarrga…(Mt 5:4)

Marki tas-saqajn zghar zghar….bil-kemm stajt taghti l-ewwel pass…imma dawk il-marki ser jibqghu ghal dejjem minquxa f’qalbna….

Mulej, kemm xtaqt lil din it-tarbija nzommha fuq riglejja u nkellimha dwarek, imma issa li ma kellix ic-cans li naghmel dan, nitolbok,

Mulej, li zzomha soda fuq riglejk u tghidilha dwari?

…Inti prezzjuza f’ghajnejja, u naghtik gih, ghax jiena nhobbok… (Izaija, 43:4)



L-ISTORJA TA’ ALLY, mietet qabel twieldet…

Kien l-aghar funeral li qatt ghamilt. Xtaqt m’ghamiltux. Imma ridt inkun hemm, prezenti, fis-silenzju.
Ghax quddiem il-mewt mhemmx xi tghid. Quddiem il-mewt ta’ tarbija kull kelma ssir zejda, bla sens.
Sa hmistax ilu konna lkoll ferhana nistennew lilu jew lilha...Kellha tkun l-ewwel tarbija ta’ Keith u Rachel

Rajna l-ultra sound, bil-kulur u multi-dimensjonali. It-teknologija tal-lum li ggiblek quddiem ghajnejk il-misteru tal-hajja f’guf l-omm. Miraklu u kapulavur li ebda bniedem ma jista’ jinseg

Qalulna li kellha tkun TIFLA

U bdiet il-‘glieda’ insibulha isem. Kulhadd ta l-parrir siewi tieghu....minn ghal xi nanna jew xi nannu...
Imma kienu l-genituri li ddecidew, bhal Zakkarija u Elizabetta: Isimha jkun ALLY

Issa dik it-tarbija ghandha isem, ser tkun maghrufa u msejjha b’isem li jiddistingwiha minn kull holqien iehor....U stennejna ...ftit gimghat ohra...

Bdejna nixtru l-ilbies tat-trabi, prams, toys, ta’ kull tip, ilwien u forma…Kollox lest biex nilqghu lil ALLY fid-dinja M’ghandix dubbju li kienet ser issib dinja li tilqaghha, tistenniha u hafna, hafna imhabba…

Waslet fit-32 gimgha…issa tista’ titwieled diga’…ghax diga’ ffurmata u lesta biex tghix indipendenti minn guf l-omm…

Kull daqqa fuq zaqq ommha kienet tfisser li Ally hija hajja, mimlija hajja, taqbez, iddur, tghum …

Kulhadd lest ghat-twelid ta’ ALLY…

Ghaddew jumejn ohra…32 gimgha u jumejn…
U ALLY MA BAQGHETX TIEHU N-NIFS IZJED…
Ma baqghetx ticcaqlaq… L-omm ma baqghetx thossha…

Girja l-isptar…

ALLY kienet mietet, hekk bla kliem u bla sliem…

Il-holm sefa’ fix-xejn…

Warrabna t-toys tal-baby, l-ilbies ikkulurit taghha li kellha tilbes.. Issa mhemmx iktar bzonnhom…
Nistghu narmuhom… Min bir-rabja u min b’nuqqas ta’ tama…

Imma x’gara? Ghaliex f’daqqa? It-tobba qalulna li  trid issir l-awtopsja fuq il-gisem zghir ta’ Ally ghax huma stess ma jafux x’gara…Imbaghad harget il-verita’ mhix mistennija: il-kurdun umbilikali li jaghti l-hajja t-tarbija dar m’ghonq it-tarbija u ma setghetx tiehu izjed nifs...

Hadd ma ried jemmen…

Meta mort nara l-genituri ta’ Ally sibthom issummati, maqtughejn mid-dinja madwarhom, ma jafux x’qed jigri...

Ghaddejt sieghat hemm f’dik il-kamra apposta fl-isptar Mater Dei…silenzju u biki, biki u silenzji…kull kelma tinhass vojta u bla sens…

X’tghidilha ‘l Omm ta’ 18-il sena li tilfet l-ewwel tarbija taghha? X’ser tghidli ‘l Missier it-tarbija, bil-kemm ghadu kif ghalaq l-20? Meta l-kbar imutu, tistenniha, ghexu hajjithom…
Imma tarbija li diga’ mejta, l-anqas biss twieldet u diga’ mejta?

7,200  KULJUM
-    In-numru ta’ trabi li jmutu fil-guf tal-omm
2.6 miljun
-    In-numru ta’ trabi mejta fid-dinja fl-2009
-   
(source: The Lancet, Lancet series of Stillbirths)

Ta’ tmien xhur ALLY kienet tarbija li tidher li hi tarbija  ffurmata... imma issa riedu jaraw x’tip ta’ operazzjoni jridu jaghmlu biex il-gisem mejjet ta’ Ally johorguh minn guf l-omm...

Cesarja? L-ahjar soluzzjoni, inqas tbatija ghal kulhadd...

Imma c-Cesarja fi stat avvanzat ta’ twelid jista’ jkollha konsegwenzi u komplikazzjonijiet ohra...

Iddecidew li jwelldu t-tarbija mejta b’mod naturali...

U wellduha...mejta.

Almenu, is-soltu, it-tbatija tal-hlas kien jispicca b’hajja f’idejk – u mhux tarbija mejta f’idejk!

U beda r-ritwal li jaghti tifsira lil dak li kien qed jigri: il-psikologa li tisma’ u tghin lil omm u ‘l missier, in-nanniet u l-membri kollha nvoluti...it-tim tat-tobba, ilkoll b’esperjenza professjonali fit-tul, flimkien, bhala tim, hemm prezenti, jaghtu l-appogg u jaghmlu dak kollu li tghallmu matul is-snin...

Quddiem mewt ta’ tarbija anki l-iktar professjonist imharreg biex izomm distanti mill-avvenimenti li qed jigru quddiemu, b’distakk professjonali, xorta wahda jkollu bzonn imur f’kamra ohra biex jibki u quddiem l-ohrajn ixerred dmugh li jipprova jahbi...
Imbaghad lestew kartolina apposta: issib l-isem u l-kunjom, l-omm u l-missier, il-midwife li ghenitha twelled. Il-jum meta twieldet u l-hin...


“I am Ally...I was born on 31/05/2014 at 22.45 at Mater Dei…I am 32 weeks plus 2 days and weigh 1.75 kgs…My mother was cared for Alexia Sciberras…


Qatghulha ftit xahar u poggewh f’borza zghira tal-plastic stapiljata mal-kartolina.

F’pagna ohra hadu l-marki tal-qiegh tas-saqajn, tal-lemin u tax-xellug, u l-istess il-marki tal-idejn tal-lemin u x-xellug...

Dawn il-kartolini huma mhejjija minn ghaqda apposta biex tghin lill-genituri jghixu dan il-mument difficli: SANDS (Malta) Stillbirth and Neonatal Death Society tal-Moviment ta’ Kana.

Imbaghad jaghtu lit-tarbija mejta f’idejn l-omm, il-missier u familjari...l-omm zammitha tlett sighat, thares lejha, tibki, tolfoq...

ALLY,

Ktibt ismek fuq ir-ramel
Imma l-mewg haslu kollu

Ktibt ismek fuq il-pala ta’ jdejja
Imma meta l-ghada hsiltha sparixxa kollox

Ktibt ismek fuq il-karta
Imma gharmejtha wkoll

Poggejt ismek f’qalbi – u ghal dejjem ser tibqa’ 

Jumejn wara ghamilnilha l-funeral: tebut abjad, imgezwra f’ilbies abjad, u tlaqna mal-karru tal-mejtin lejn ic-Cimiterju ta’ Hal Balzan. Fic-Cimiterju ippruvajt nitlob u nghid it-talb ghal ALLY...ma stajtx inkompli...

Poggewha f’qabar kbir wisq ghal tarbija zghira li ghada kif twieldet...

U ghalqu l-qabar b’gebel kbir u rhama tqila...

Qabel m’ghalquh l-omm poggiet bukkett fjuri ... u zewg soft toys li kellha tiehu maghha...

L-Istorja ta’ Ally ghadha ser tibda....


Sunday, 1 June 2014

LEZZJONIJIET MILL-ELEZZJONIJIET



‘Grazzi Mulej, li għaddew’Hekk għidt wara li tħabbru r-riżultati tal-Elezzjonijiet Ewropej li għadhom kif għaddew. Waqt li nifhem li l-politika hija importanti ħafna għal-hajja tan-nies imma nifhem ukoll li meta jkollok doża kontinwa ta’ politika, tiddejjaq u ddawwar l-istazzjon tat-televixin fuq xi haġa oħra.  


Għax imbagħad nibdew nirrepetu l-istess argumenti u l-istess kritika. Anki meta hija vera, ma tridx tisma’ iżjed biha.  

U meta n-nies jibdew jitilfu l-interess fil-hajja politika  dan ifisser li l-hajja tan-nazzjon tmur lura.  

Meta nħares lura nista’ nħares b’iktar oġġettiva’ ta’ dak li gara u għaliex. Hemm ħafna mitoloġija mdawwra mal-elezzjonijiet Ewropew. Nixtieq imsemmi xi wħud minnhom.  

L-ewwelnett dawn ma kienux fuq ‘issues’ Ewropej daqskemm vot ta’ fiduċja fil-Gvern tal-ġurnata u kif in-nies jaħsbuha dwar l-Oppożizzjoni tal-lum. Ħlief l-Alternattiva Demokratika, xi mdaqqiet, il-Partiti jevitaw li jiddiskutu fit-tul ‘issues’ strettament Ewropej.  

L-Alternattiva Demokratika (AD) trid issib saqajha fil-hajja politika ta’ Malta. M’għandix dubbju li kellha skop, għandha skop u jibqa’ jkollha skop. L-AD jqajjmu ‘issues’ li ħafna politiċi jibżgħu jqajjmu u jieħdu ‘stand’ ċara fuq bosta minnhom. Tkun taf fejn qiegħed magħhom.  

Imma l-AD ma tistax tibqa’ biss ‘pressure group’ fuq ‘issues’ partikulari. Tinsab fil-politika mhux biex tibqa’ leħen fid-deżert imma biex tgħin fil-bidla tal-pajjiż. Hija wkoll trid tpoġġi lilha nnifisha biex xi daqqiet, f’ċerti ċirkustanzi, tmexxi hija wkoll ix-Xarabank jisimha Malta.  

Biex tagħmel dan, ma tibqax biss leħen fid-deżert, l-AD trid tagħmel riformi kbar fil-viżjoni tagħha. Tbiddel in-nies u tbiddel it-tmexxija.  

Minn barra, l-AD tidher dejjem bl-istess uċuh: intelliġenti, ġenwini, anzjani.  

Il-Laqgħa Ġenerali li ser jagħmlu fix-xhur li ġejjin, nittama, li jkollhom il-kuraġġ li jieħdu deċiżjonijiet li jagħtu spinta ‘l quddiem lil dan il-Partit.  

Dis-sena veru b’ċikka biex ma ġewx maqbuża minn Norman Lowell waħdu. Dan Norman mhux tant ‘normali’.  Anzi jappella ghall-aghar sentimenti li għandna go fina: dawk li nwaħħlu f’min hu żgħir u dgħajjef għal kull ħażen li hawn madwarna.  


Bħalma kien jagħmel Hitler dwar il-Lhud u l-omosesswali li kien jiddemonizzahom biex farfar il-ħtija tal-problemi fuqhom. L-istorja kienet u għadha u tibqa’ t'irrepeti ruħha.  

Noħlom li waqt li AD tibqa ’zzomm l-identità’ tagħha imma ssib ‘modo di agire’ differenti.  

Noħlom li jgħaddu ligijiet bit-timbru u bl-isem tal-AD.  

Bħalma hemm ‘private members’ bill’ biċ-ċans li parlamentari jistgħu jieħdu l-inizjattiva fuq ligijiet ġodda, hekk ukoll AD jista’ jkollha ftehim mal-Gvern fuq programm leġislattiv.  

L-AD ma jistax jibqa’ ‘partit’ fl-oppożizzjoni għal dejjem. L-iskop ta’ partit hu li jinfluwenza l-leġiżlazzjoni u juri li hu relevanti fid-dinja tal-lum, mhux biss fl-idejat, imma wkoll fl-applikazzjoni ta’ dawn l-idejat.  

Tagħlima oħra li ħadna f’dawn l-elezzjonijiet Ewropej tolqot is-sehem konkret tan-nisa Maltin fil-bini tas-soċjetà’ ġdida. 16% parteċipazzjoni fl-aħħar elezzjonijiet u erbgħa minn sitta nisa eletti fil-Parlament Ewropej juru l-progress li qed jagħmlu n-nisa mhux biss bħala dekorazzjoni tas-soċjetà’ imma bħala bennejja attivi għal soċjetà’ ġdida u kultura ġdida. 

Dr Helena Dalli ħadet deċiżjoni importanti dan l-aħħar: Wessgħet il-Kummissjoni tad-Drittijiet għal-Ugwaljanza għal Kumissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Ministru Dalli taħdem fil-kwiet u tasal għat-‘targets’ li jkollha. Imma d-deċiżjonijiet u l-implimentazzjonijiet tal-programm elettorali imorru ‘l hemm minn din il-leġiżlazzjoni. Bħal fl-imgħoddi, mexxiet ‘l quddiem  id-drittijiet tan-nisa, il-gwerra kontra l-vjolenza domestika,  u issa d-Drittijiet Umani.  

Id-Drittijiet tal-Bniedem huwa l-isem il-ġdid tal-ġustizzja u l-liberta’.  

Riflessjoni oħra tal- aħħar elezzjonijiet kienet ir-rwol ta’ Zaren Bonnici tal-Ajkla. Spiċċa b’elf u tlett mitt vot…riżultat rispettabli meta tqis l-istorja ta’ Zaren u l-Ajkla tiegħu.

Ġieli nkun għaddej waqt ‘meeting’ tiegħu. Ma jkollu lil ħadd quddiemu imma xorta jiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun. Mhux biss għax kapaċi jkisser mit-tensjoni politika li ġieli titla’ għar-ras imma wkoll għax qed iwassal messaġġ. 

Il-politika Maltija dejjem għandha bżonn ta’ Zarenijiet u tal-Ajkli.  


Minn dawn l-elezzjonijiet ħarġet il-lezzjoni kif l-Ewropa, jekk tibqa’ bil-politika t’issa qed issir dejjem iżjed irrelevanti għal ħtiġiet taċ-ċittadini. L-awsterita’ ġabet magħha problemi enormi mhux biss għan-nies komuni imma għal gvernijiet ukoll, il-ftehim neo-liberali mal-Amerika (it-TTIP), l-atteġġjament imperjalist fil-politika barranija u l-ħsara lill-ambjent huma temi li Ewropa Ġdida trid tieħu wisq iżjed bis-serjetà’ milli għamlet s’issa.  

Matteo Renzi fl-Italja, Joseph Muscat f’Malta huma tnejn minn bosta politiċi ġodda li ser jibnu l-“EWROPA SOĊJALI "li tant nisimgħu biha imma ma tantx naraw.  

It-telfa tal-PN nittama li ma sserviex biex il-Gvern ikollu membri li f’ismu tikbrilhom rashom u jibdew iħarsu lejn in-nies bħala oġġett li tużah u tarmih. Iva, hemm tendenza li meta tirbaħ elezzjoni waħda wara l-oħra tibni madwarek klassi diriġenti li jaħsbu li għandhom il-monopolju tal-verità’ jew li ser jibqgħu imexxu huma għal dejjem.  

Ir-rota dejjem iddur: min hu fuq illum, jispiċċa fl-art għada. Din hija l-liġi tad-Demokrazija.  

Il-politiku supperv, li minn dejjem kien u minn dejjem jibqa', jagħmel ħafna ħsara lill-partit li jidher li qed jitkellem f’ismu.  

Kull partit, kull Gvern, irid ikollu makkinarju intern biex dawn in-nies ‘potenti’, li fil-fatt huma ‘impotenti’, jiġu kontrollati mill-ewwel għax inkella n-nies, bħalma huwa ġust, tikkontrollahom hi bil-vot tagħhom. Ir-rispett trid tiksbu u mhux jagħtihulek il-poter. Anzi l-poter, ħafna drabi, jservi biex jikkorrompi lill-politiku li tant ikun mitluf fil-poter li l-anqas biss jinduna kemm qed ikun arroganti u skifuż.  



1 JUNE 2014

Fr Colin's Podcast - JEKK THARES 'L FUQ MHIX SER ISSIBHA L-GENNA - Ghaliex l-Orjentali Jinkinaw Lil Xulxin?





Download Link..Right Click Save as